Left arrow Go Back

Il-Koperattivi bħala metodu ieħor ta’ kif isir in-negozju

PR0403
Date Icon 21/03/2007

Li numru ta’ self employed jew sidien ta’ negozji żgħar jorganizzaw koperattiva għandu jiġi kkunsidrat bħala mod ieħor ta’ kif isir in-negozju, fiċ-ċirkustanza fejn illum fis-suq sar hawn ħafna kompetizzjoni.  Nhar is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2007 bejn it-8.30 a.m. u t-3.30 p.m., il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ser ikun qiegħed jorganizza konferenza li ser tlaqqa’ rappreżentanti tal-koperattivi kollha.  L-għan ta’ din il-konferenza hu biex dawn ir-rappreżentanti jħarsu lejn l-operat tagħhom u janalizzaw fejn jista’ jkun hemm titjib fil-ħidma tagħhom u biex is-suċċess tal-ħidma tagħhom ikun ta’ eżempju għal bosta self-employed u sidien ta’ negozji żgħar li jistgħu jkunu qed ifittxu mod ieħor ta’ kif jagħmlu l-kummerċ tagħhom biex jegħlbu l-kompetizzjoni tas-suq. 

Mistiedna għal din il-konferenza huma rappreżentanti mill-koperattivi kollha, kif ukoll rappreżentanti minn entitajiet oħra, bħalma huma għaqdiet tan-negozju, u għaqdiet mhux governattivi oħra.  Minbarra dawn, ġew mistiedna wkoll rappreżentanti minn entitajiet li joħorġu diversi liċenzi tan-negozju. 

Ir-rappreżentanti tal-koperattivi li ser jattendu din il-konferenza ntalbu biex bħala koperattiva jiltaqgħu u flimkien jagħmlu ‘SWOT analysis’ tal-ħidmau l-operat tagħhom, liema analiżi ser tiġi diskussa waqt il-konferenza.  Din il-konferenza ser isservi wkoll bħala proċess ta’ konsultazzjoni għat-tħejjija ta’ emendi għal-liġi tal-koperattivi. 

F’Malta għandna 54 koperattiva, li għandhom 352 membru.  Il-Gvern determinat li jara dan in-numru jkompli jikber.  Il-koperattivi jistgħu jkunu l-għodda sabiex in-negozji tagħna jagħmlu l-qabża fil-kwalita’ sabiex jikkoperaw aktar flimkien għas-suċċess ta’ l-operat tagħhom.  Fost il-koperattivi, wieħed isib koperattivi bħalma huma dawk tal-bdiewa, spiżjara, mastrudaxxi, burdnara, tal-kultura, tal-media, coaches u oħrajn.  Għalhekk, koperattivi jistgħu jieħdu diversi forom sabiex jaqdu kull tip ta’ ħtieġa tan-negozji u ta’ kull attivita’ kummerċjali. 

Matul il-konferenza ser isiru ħames workshops li jittrattaw suġġetti differenti.  Dawn il-workshops ser ikunu: 

1.        Ambjent favur in-negozju:  Inkomplu nnaqsu l-burokrazija fi ħdan l-istrutturi Nazzjonali

2.        Taħriġ kontinwu: Koperattivi aktar professjonali

3.        Ħolqien ta’ aktar impjiegi: Koperattivi ta’ suċċess

4.        Fl-għaqda hemm is-saħħa: Insiru aktar kompetittivi fis-suq

5.        Networking: Nisfruttaw is-swieq internazzjonali  

Min huwa interessat li jattendi għal din il-konferenza jista’ jagħmel dan billi jikkuntattja s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed  fuq numru tat-telefon  2388 6165 jew bl-email fuq:  simone.ellul@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow