Lejn titjib fil-kwalità tax-xandir pubbliku
Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura għadu kif ta Direttivi lill-PBS dwar kif il-kontribuzzjoni ta' Lm500,000 (€1,164,686.) għall-programmi ta' xandir pubbliku (Extended Public Service Obligation) tintefaq mill-PBS. L-għan tad-Direttivi li saru wara konsultazzjoni estensiva huwa li togħla l-kwalità tax-xandir pubbliku. Dawn id-direttivi min-naħa ta’ l-Ministeru huma intenzjonati li jgħinu lill-PBS jesegwixxi bl-aħjar mod possibbli l-missjoni tiegħu ta’ xandar pubbliku, għax huwa b’hekk biss li l-pubbliku tagħna jieħu l-aħjar valur għall-kontribuzzjoni EPSO.
Fost il-miżuri li qed jitlob il-Gvern insibu li:
1. Nofs is-somma li jagħti l-Gvern għandha tmur għall-programmi EPSO fl-ewwel (prima) u fit-tieni (seconda) serata.
2. Biex jitħares l-ilsien nazzjonali tagħna l-proposti għal programmi li huwa mistenni li jkollhom skript, għandhom jinkludu l-isem tal-konsulent tal-Malti tagħhom jekk ikunu jridu jikkwalifikaw għall-fondi EPSO. Barra minn hekk huwa mistenni li l-iskripts u l-Malti użat għandu jimxi fuq il-Linji Gwida li ħarġet il-Kummissjoni Lingwa ta’ l-Akkademja tal-Malti (2002).
3. Kull proposta mressqa trid tkun akkumpanjata mill-ismijiet ta’ persuni kwalifikati fis-suġġett. Per eżempju jekk il-proposta tkun għal programm dwar l-istorja tkun akkumpanjata minn persuna kwalifikata fl-istorja.
4. Għal darb’oħra l-Ministeru irid jinkoraġġixxi li fl-iskeda jkun hemm programmi barranin maqlubin għall-Malti. Il-faxxa tal-programmi għat-tfal, kif ukoll programmi edukattivi u dokumentarji, huma fost il-ġeneri li partikolarment jistgħu jiggwadanjaw minn policy li tinkoraġġixxi l-iddabbjar tal-programmi għall-Malti.
5. Il-Ministeru anke din is-sena jrid li jiskoraġġixxi li programmi jkunu ripetuti. Għalhekk il-Ministeru mhux se jħalli li flus mill-kontribuzzjoni EPSO jingħataw għal repeats fuq TVM.
Id-Direttivi mbagħad jidħlu fid-dettal ġeneru b’ġeneru, u jgħidu xi jrid il-Gvern li jsir bil-kontribuzzjoni EPSO f'kull ġeneru. Fost affarijiet oħra l-Ministeru qed jitlob li jkun hemm żewġ serati ta' drama, programm dwar l-istorja ta' pajjiżna u li ma jkunx hemm tnaqqis fil-programmi tat-tfal. Qed jintalab ukoll li programmi ta' karattru nazzjonali jixxandru wkoll fuq Radju Malta.
Il-Gvern ta direttivi speċifiċi lill-PBS dwar kemm mill-flus tal-kontribuzzjoni EPSO għandhom jintefqu fuq kull ġeneru. L-ammonti jirriflettu dak li l-esperjenza uriet għandhom jintefqu fuq dawn il-programmi. Biex il-PBS ma tkunx żvantaġġjata kummerċjalment il-Gvern iddeċieda li ma jippubblikax dawn iċ-ċifri qabel ma jkunu konklużi l-kuntratti tal-PBS mal-produtturi indipendenti.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959