Left arrow Go Back

DEMATERJALIZZAZZJONI TAL-BILLS TAT-TEŻOR

PR0397
Date Icon 21/03/2007

L-Accountant General  iħabbar li kif indikat fl-Avviż numru 250 ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar it-Tlieta, 20 ta’ Marzu 2007, id-data ta’ dematerjalizzazzjoni tal-Bills tat-Teżor ser tkun nhar it-Tnejn, 2 t’April 2007.  Minn din id-data, il-Bills tat-Teżor ikunu listed fuq il-Borża ta’ Malta. 

B’riżultat ta’ dan u kif diġa’ mħabbar fl-Avviż Legali numru 58 (Direttiva dwar id-depożitarju elettroniku għall-Bills tat-Teżor 2007) ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2007, il-Bills tat-Teżor eżistenti ma jibqgħux ikunu negozjabbli ġurnata ta’ negozju qabel id-data ta’ dematerjalizzazzjoni, jiġifieri l-Ġimgħa, 30 ta’ Marzu 2007.  Mid-data tad-dematerjalizzazzjoni ’l quddiem, dawk il-Bills biss li jkunu reġistrati mal-Borża ikunu eliġibbli li jiġu negozjati fis-suq sekondarju.  Għaldaqstant, dawk l-investituri eżistenti li għandhom fil-pussess tagħhom ċertifikati ta’ Bills tat-Teżor għandhom jirritornawhom lid-Dipartiment tat-Teżor sa nhar il-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007 sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu reġistrati fid-depożitarju elettroniku tal-Borża ta’ Malta. 

Għal dan il-għan id-Dipartiment tat-Teżor ser jibda jirċievi dawn ic-ċertifikati bejn it-Tnejn, 26 ta’ Marzu 2007  u l-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007 bejn it-8.00 u nofsinhar.  L-investituri jingħataw riċevuta bħala evidenza tat-titolu tal-investiment sakemm jiġi maħruġ Avviż ta’ Reġistrazzjoni tal-Bill tat-Teżor mill-Borża ta’ Malta.  F’każ li investitur ikun irid jinnegozja l-Bill tat-Teżor tiegħu (jew parti minnu) f’dan il-perjodu transitorju, għandu minnufih jikkuntattja uffiċjal tad-Dipartiment tat-Teżor fuq in-numri tat-telefon 25967139 jew 25967141 sabiex jingħata aktar tagħrif.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow