Left arrow Go Back

DiskussA s-simplifikazzjoni tal-Politika Komuni Agrikola ta’ l-Unjoni Ewropea waqt laqgĦa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Biedja fi Brussel

PR0396
Date Icon 21/03/2007

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej ta’ l-Agrikultura u s-Sajd, Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, irrikonoxxa x-xogħol siewi li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea biex jiġu ssimplifikati l-proċessi u r-regolamenti tal-Politika Agrikola Komuni, fl-aħjar interess tas-setturi ikkonċernati.

Dr Agius saħaq li dan huwa proċess utli ħafna, speċjalment fil-każ ta’ pajjiżi żgħar bħal Malta, fejn il-piż ta’ l-amministrazzjoni ta’ dawn il-proċessi u regolamenti  jinħass ferm iktar meta tqabblu ma’ dak ta’ pajjiżi ikbar.  

Dr Agius qal li Malta taqbel li l-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni (Common Market Organisation) tal-Frott u l-Ħxejjex, u ta’ l-Inbid għandhom ukoll jiġu integrati f’organizzazzjoni waħda, ma’ l-elementi l-oħra li diġa’ hemm qbil dwarhom. Iżda, dan għandu jsir biss wara li jiġu konklużi r-riformi kurrenti li għadhom qed jiġu nnegozjati f’dawn is-setturi.  

Għaldaqstant, Dr Agius sostna li t-triq li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni, jiġifieri li din l-integrazzjoni jsir f’żewġ stadji, hija l-aħjar għazla. Dan peress li  jistgħu jiġu amalgamati immedjatament dawk l-elementi ta’ dawn is-swieq li m’humiex ser jintlaqtu mir-riformi li għaddejjin, waqt li l-integrazzjoni totali tagħhom għandha ssir wara li jiġu konklużi r-riformi relattivi, kif spjegat iktar qabel.  

Fi tmiem din il-laqgħa tal-Ministri, il-Presidenza Ġermaniza aċċettat din id-direzzjoni peress li kienet il-pożizzjoni tal-maġġoranza ta’ l-Istati Membri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow