Left arrow Go Back

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNIET MILL-UNJONI EWROPEA U TAL-GVERN MALTI GĦALL-BDIEWA U RAĦĦALA 2007

PR0369
Date Icon 15/03/2007

Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħabbar li mil-lum qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-diversi skemi ta’ għajnuniet għall-bdiewa u r-raħħala. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tal-Pagamenti ser  tilqa’ l-applikazzjonijiet f’dawn l-erba’ ċentri: 

§        l-Għammieri, Marsa (minn naħa ta’ wara ħdejn l-iskola tal-Biedja/MCAST)

§        l-Uffiċċju tal-Pitkalija, Ta’ Qali

§        l-Extension Service ta’ Ħaż-Żabbar

§        l-Uffiċċju ta’ l-Agrikultura r-Rabat Għawdex. 

Il-ħinijiet huma mis-07.30am sa 14.30pm. 

Minn din is-sena bdiet tapplika ir-riforma tal-Politika Komuni Agrikola Ewropea f’Malta, li tfisser li ħafna mill-għajnuniet Ewropej ser jibdew jitħallsu abbażi ta’ l’hekk msejjħa Single Payment Scheme, u b’hekk ma għadhomx iktar marbuta mal-produzzjoni, imma ma’ kriterji ambjentali, ta’ food safety u ta’ animal welfare. 

L-iskemi li għalihom qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet huma -  

1.      Għajnuna diretta lil-bdiewa u r-raħħala skond is-Single Payment Scheme

2.      Tadam għall-ipproċessar

3.      Patata (SMPPMA)

4.      Dwieli

5.      Żoni Żvantaġġati (ta’ l-LM10 t-tomna)

6.      Għajnuna għall- bdiewa reġistrati full-time (l-ad hoc)

7.      Konferma ta’ l-applikazzjonijiet li saru fis-sena 2004, 2005, 2006 għal miżuri agro-ambjentali, jiġifieri r-restawr ta’ Ħitan tas-Sejjieħ ta’ lqugħ, ta’ l-biedja organika u ta’ l-ispeċi otoktoni.  

Id-dokumenti meħtiega li kull applikant huwa/hija mitlub/a iġib miegħu/magħha huma: 

§        Il-Karta ta’ l-Identita’

§        Il-Pjanti ta’ l-Għelieqi (ta’ l-IACS)

§        Il-ktieb tar-raba’ (jekk irreġistrat) / In-numru tal-ġarra

§        In-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT (f’każ ta’ kumpanija) 

Dokumenti oħra meħtieġa huma: 

§        Ċertifikat tal-ETC 2007 għal min hu rreġistrat full-time bħala bidwi jew raħħal

§        Kuntratt tat-tadam għal min ser japplika għall-għajnuna fuq it-Tadam ta’ l-Ipproċessar

Il-perjodu normali ta’ l-applikazzjonijiet jagħlaq fil-15 ta’ Mejju 2007 iżda min japplika sa 25 ġurnata oħra wara d-data ta’ l-għeluq (jiġifieri sat-8 ta’ Ġunju), jinqatagħlu/ha 4% ta’ l-għajnuna li j/tkun se j/tirċievi għal kull ġurnata tax-xogħol li jiġi/tiġi tard.

Ma jintlaqaw l-ebda applikazzjonijiet wara t-8 ta’ Ġunju 2007

Il-bdiewa u r-raħħala huma mħeġġa biex ma jħallux għall-aħħar biex jevitaw dewmien żejjed, peress li hu mistenni li jkunu ħafna li japplikaw għal dawn l-għajnuniet. Qegħda tintbagħat ukoll ittra bl-istruzzjonijiet fid-djar ta’ kull min hu rreġistrat bħala li jista jibbenefika minn dawn l-għajnuniet. Min bi ħsiebu japplika għal dawn l-għajnuniet huwa mitlub li jsegwi l-istruzzjonijiet f’din l-ittra fejn hemm ukoll indikat id-data kif ukoll iċ-ċentru li kull applikant/a għandu/a preferibilment jattendi.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ ċċempel l-Għammieri fuq 2590 4299 jew l-Uffiċċju ta’ l-Agrikultura , Għawdex fuq  21 565809
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow