Left arrow Go Back

IMessaġġ mill-Onor. Ċensu Galea, Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur - 15 ta’ Marzu 2007

PR0367
Date Icon 14/03/2007

Kull sena, il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur jiġi mfakkar madwar id-dinja kollha. F’Malta matul din il-ġimgħa, ittellgħu diversi attivitajiet biex jitfakkar dan il-jum. Għal dawn l-aħħar erba’ snin, jien kont responsabbli għall-affarijiet relatati mal-konsumatur u għaldaqstant nemmen li l-importanza li tingħata għal din il-ġurnata, tgħin biex il-konsumatur ikun iżjed konxju tad-drittijiet tiegħu.  

F’Malta t-tema magħżula għal din is-sena hi : l-użu ta’ l-internet bħala għodda ta’ xiri. Għaldaqstant, is-slogan li ntagħżel jieħu forma ta’ indirizz elettroniku ‘informazzjoni.għażla@konsumatur.com’. Dan is-slogan juri l-importanza ta’ l-informazzjoni li l-konsumatur għandu jkollu biex jagħmel l-aħjar għażla fejn jidħol xiri kemm ta’ prodotti kif ukoll ta’ servizzi. Fil-fatt, l-internet illum sar sors ta’ informazzjoni u permezz tiegħu tista’ tagħmel riċerka fuq ħafna prodotti u servizzi li jista’ jkollok bżonn. Rigward l-għażla, din qegħda tikber ma kull ġurnata li tgħaddi għaliex ħafna negozjanti saru jgħażlu li jbiegħu b’dan il-mod, b’riżultat li llum wieħed sar isib aktar prodotti fuq l-internet. Waqt li l-Internet joffri diversi vantaġġi u huwa mezz komdu ta’ kif wieħed jixtri, fl-istess ħin huwa mportanti li nużawh bil-għaqal għaliex jista’ jkun hemm xi riskji. 

Il-Protezzjoni tal-Konsumatur f’pajjiżna għamlet avvanzi kbar, anki permezz ta’ l-impatt ta’ l-Acquis ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-liġi Maltija. Dan imur lura għall-1994 meta bdew jiġu ntrodotti provvedimenti ġodda fil-liġijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-affarijiet tal-konsumatur. Fl-2005 twaqqaf ukoll ic-Centru Ewropew għall-Konsumatur (European Consumer Centre), li jifforma parti min-Network ma’ 26 pajjiz ieħor fl-Ewropa, bl-għan li jagħti iżjed kunfidenza lill-konsumatur meta jixtri minn pajjiż ieħor. Dan iċ-ċentru fil-fatt jilqa’ lmenti kemm minn konsumaturi lokali li jkollhom xi problema wara li jkunu xtraw xi prodott minn pajjiż ieħor fl-Ewropa, kif ukoll mit-turist li jiġi jixtri minn hawn Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow