“Il-Gvern qiegħed iħeġġeġ aktar negozji biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“Il-mikro intrapriżi f'pajjiżna qegħdin jinvestu madwar 8% ta’ l-investiment kollu fil-pajjiż. Dan l-ammont huwa relattivament żgħir meta wiehed jikkonsidra li 96% tan-negozji f'pajjiżna huma negozji żgħar li jhaddmu inqas minn disa’ persuni. Hemm bżonn li n-negozji f'pajjizna jkomplu jinvestu u jirristruttraw lilhom infushom. Irridu nitgħallmu nirbħu fil-kompetizzjoni. Min ikun lest li jinvesti fil-bidla u f’operati ġodda, min ikun innovattiv fil-mod kif jippreżenta lilu nnifsu u s-servizzi tiegħu, min jipprovdi servizz ta’ kwalita’ u jagħti każ l-interessi tal-konsumaturi anke fl-aktar affarijiet żgħar li ma jinvolvux flus kbar, dan ikun jista’ jakkwista vantaġġ kompetittiv fuq ħaddieħor.”
Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem fil-ftuħ tal-Fourth Networking Workshop tal-proġett ForLink bit-tema “Harnessing the Potential of Private Sector Research and Innovation”.
Tip |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959