Left arrow Go Back

“Inizjattivi biex in-numru ta’ nisa self-employed jiżdied” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0350
Date Icon 08/03/2007

“In-numru ta’ self-employed nisa huwa mistenni li jiżdied.  Permezz ta’ deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar budget, saret simplifikazzjoni ta’ proċedura, u issa, permezz ta’ dan il-bdil, nisa li jaħdmu fin-negozju tal-familja flimkien ma’ żwieġhom, jistgħu jirreġistraw l-impjieg tagħhom flimkien ma’ żwieġhom.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo qal dan waqt laqgħa ma’ numru ta’ nisa li jixtiequ jifħu n-negozju tagħhom.

“Id-deċiżjoni tal-Gvern kif imħabbra fl-aħħar budget, tagħmel possibbli li aktar nisa jirreġistraw lilhom infushom li qegħdin jaħdmu.  Għaldaqstant, b’din il-proċedura n-negozju ser ikun tnaqqis fil-ħlas ta’ l-income tax, kif ukoll, il-mara li tirreġistra l-impjieg tagħha ikollha s-sehem tagħha f’dak in-negozju mħares.” 

L-Onor. Vassallo semma’ wkoll li l-ETC għandha numru ta’ skemi ta’ taħriġ li wkoll huma immirati biex jgħinu aktar nisa jiftħu n-negozju tagħhom.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo awgura li dawn l-iskemi, kif ukoll inizjattivi oħra meħuda mill-Gvern, jistgħu jgħinu biex aktar nisa jkunu self-employed.  Fil-fatt, in-numru ta’ nisa self-employed għadu baxx ħafna -  11.9% mis-self employed kollha.  “Jiena ċert li bl-għajnuna li qiegħda titwassal, aktar nisa ser isibuha aktar faċli li jibdew jaħdmu għal rashom, u jiena ċert li n-numru ta’ nisa self-employed ser ikompli jiżdied.” 

Is-Segretarju Parlamentari temm billi spjega kif fil-ġejjieni, permezz ta’ inizjattivi bħal din u oħrajn, il-Gvern ser ikun qiegħed jaħdem biex jiffaċilita d-daħla fis-settur tal-kummerċ għan-nisa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow