Left arrow Go Back

NEGOZJI LI JINSABU FIL-VIĊINANZA TA’ 50 METRU MILL-POSTA TAL-VOTAZZJONI JISTGĦU JIFTĦU WAQT L-ELEZZJONIJIET

PR0334
Date Icon 07/03/2007

Qabel ma saret emenda fil-liġi, dawn il-ħwienet kienu mitluba jagħlqu fil-ġurnata ta’ l-elezzjoni.”  – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

Waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellu ma’ numru ta’ sidien ta’ ħwienet, huwa spjega kif dawk il-ħwienet li jinsabu bogħod ta’ 50 metru mill-posta tal-votazzjoni jistgħu jibqgħu miftuħa u mhux ser jiġu magħluqa mill-Pulizija bħalma kien isir qabel. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “din il-bidla ġiet permezz ta’ emenda li tfasslet wara talba ta’ ħafna sidien ta’ ħwienet li kull darba li kien ikollhom elezzjoni fil-lokalita` tagħhom kienu jkunu mitluba jagħlqu.  Din hija inizjattiva oħra meħuda mill-Gvern li turi li l-Gvern jemmen fin-negozju u qiegħed ikompli jgħin biex in-negozji tagħna jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.” 

Is-sidien tal-ħwienet li kienu preżenti għal din il-laqgħa faħħru din l-inizjattiva għaliex kien hemm min kien imġiegħel jagħlaq il-ħanut tiegħu kull meta jkun hemm elezzjoni.  Issa dawn is-sidien ta’ negozji żgħar jafu li m’għandhomx għalfejn jitilfu ġurnata xogħol. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow