AMBAXXATURI ĠODDA GĦALL-ISTATI UNITI U GHALL-AWSTRJA U L-OSCE
Is-Sur Mark Miceli Farrugia nħatar bħala l-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Malta għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Huwa serva mill-2002 bħala Ambaxxatur (Mhux Residenti) ta’ Malta għal-Litwanja, l-Estonja u l-Latvja. L-Ambaxxatur preżenti, is-Sur John Lowell se jtemm il-ħatra tiegħu wara li ilu jservi f’din il-kariga għal dawn l-aħħar erba’ snin.
Mark Miceli Farrugia studja ekonomija u management fl-Universita’ ta’ Malta (B.A. Hons. Economics) u fil-London School of Economics (M.Sc. Management Studies, London School of Economics, University of London) u segwa studji ta’ Marketing Internazzjonali f’Tufts University, USA. Huwa gradwat b’Diploma fi Studji Diplomatiċi mill-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies (MEDAC), Universita’ ta’ Malta.
L-Ambaxxatur il-ġdid għall-Istati Uniti, li bħalissa huwa l-President tal-Kamra tal-Kummerċ Malta-Stati Uniti, għandu karriera twila kummerċjali kemm f’Malta kif ukoll fil-Kanada u fl-Italja.
Huwa miżżewwġ lil Josette nee Lapira u għandhom tifel, Christopher.
Is-Sur Christopher Grima nħatar Ambaxxatur ta’ Malta għall-Awstrija u għall-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. Christopher Grima għandu karriera diplomatika twila fis-servizz diplomatiku Malti u serva fl-ambaxxati ta’ Malta fil-Kummissjoni Maltija f’Londra, fil-Missjoni Maltija għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, fi Vjenna u fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussels, fejn kien Deputat Rappreżentant Permanenti.
Huwa kiseb Masters fl-istudji diplomatiċi mill-Universita’ ta’ Westminster f’Londra u għamel ukoll stage ta’ tliet xhur mas-Segretarjat tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959