Left arrow Go Back

KUNDANNA GĦALL-AZZJONIJIET INDUSTRIJALI IRRESPONSABBLI U BLA BŻONN ORDNATI MILL-GENERAL WORKERS UNION

PR0314
Date Icon 02/03/2007

Il-Ministeru għas-Saħħa, Kura ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita` jixtieq jikkundanna l-azzjonijiet industrijali irresponsabbli u bla bżonn li l-General Workers Union qed tordna lin-nursing aides impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa.

Il-Ministeru jixtieq jinforma li l-General Workers Union qed issejjaħ dawn l-azzjonijiet minħabba deċiżjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa li n-nursing aides ikomplu jippanċjaw meta jidħlu u joħorġu mix-xogħol.  Dan il-Ministeru jsostni li l-mod kif jiġi rekordjat il-ħin tad-dħul u l-ħruġ mix-xogħol huwa prerogattiva tal-management.  Il-General Workers Union hija irresponsabbli lejn il-ħaddiema membri tagħha li qed iġġiegħlhom jieħdu azzjonijiet industrijali dwar xi ħaġa li hija responsabbilta` biss tal-management.  Il-Union qed tonqos ukoll lill-pazjenti Maltin u Għawdxin meta iċċaħħadhom mis-servizzi li għandhom bżonn minħabba li l-management qed jistenna li n-nursing aides jippanċjaw meta jidħlu xogħol.

Il-fatti huma li d-Diviżjoni tas-Saħħa kienet avżat lid-diversi sptarijiet li mill-1 ta’ Marzu, in-nursing aides jibdew jiffirmaw flok ikomplu  jippanċjaw biex jirreġistraw l-attendenza għax-xogħol. Fit-28 ta’ Frar seħħew żviluppi dwar l-implimentar tal-klawsola 8.4 tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Gvern, liema klawsola tipprovdi għad-dħul ta’ sistemi mekkaniċi jew elettronici għar-reġistrazzjoni ta’ l-attendenza. Id-Diviżjoni ħasset li ma kienx il-waqt li jsiru tibdiliet fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni preżenti. Għaldaqstant id-Diviżjoni informat lill-Isptarijiet u lill-GWU li minħabba dawn l-iżviluppi, il-bidla li kellha sseħħ fl-1 ta’ Marzu għan-nursing aides ma kinitx ser tidħol fis-seħħ.

Il-GWU minnufih tat struzzjonijiet lin-nursing aides li minflok ikomplu jippanċjaw għandhom jiffirmaw fuq il-punch card. Mhux minnu dak li qalet il-GWU li ma sarx kuntatt bejn il-union u d-Diviżjoni. Fil-fatt id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa ltaqa’ mar-rappreżentant tal-GWU u dan qallu li jekk id-Diviżjoni mhux ser tħalli lin-nursing aides jiffirmaw (minflok ikomplu jippanċjaw), kienu ser joħorgu direttivi b’effett minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu. Fil-fatt, id-direttivi daħlu fis-seħħ mil-lum.

Minkejja kull attentat li sar min-naħa tal-Gvern il-bieraħ fil-għaxija u laqgħa twila oħra li saret illum wara nofs inhar, baqa’ ma ntlaħaqx ftehim u n-naħa tal-Gvern giet avżata b’direttivi li l-union ser tagħti. Dawn huma li n-nursing aides jiffirmaw fuq il-punch card (minflok ikomplu jippanċjaw), ma jagħmlux ħasil ta’ pazjenti u ma jagħmlux qadi barra mis-swali.

Id-Diviżjoni tas-Saħħa għadha tinsisti li dawn il-ħaddiema għandhom ikomplu jippanċjaw u li l-metodu ta’ reġistrazzjoni ta’ l-attendenza għax-xogħol huwa prerogattiva tal-management.

Id-Diviżjoni tiddeplora l-fatt li l-GWU waslet biex tieħu azzjonijiet industrijali li jweġġgħu lill-pazjenti, speċjalment lill-anzjani, fuq din il-kwistjoni, aktar u aktar meta l-General Workers Union ma ġabet ebda raġuni valida l-għala wieħed m’għandux ikompli jippanċja għax-xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow