Left arrow Go Back

Il-PRESIDENT TA’ MALTA IŻUR L-ISKEJJEL F’SAN ĠILJAN

PR0298
Date Icon 28/02/2007

Il-President Eddie Fenech Adami flimkien mas-Sinjura Fenech Adami llum nieda żjara uffiċjali f’San Ġiljan.

Il-President żar l-iskola Primarja Dun Ġuzepp Xerri u s-Sacred Heart.  Il-President qal li l-iskejjel qed ikunu mezz li bih it-tfal jiżviluppaw it-talenti u l-kreattivita’ tagħhom għall-avvanz personali u għal ġid tal-pajjiż. L-iskejjel huma wkoll il-post fejn it-tfal jibdew jitgħallmu jibnu relazzjonijiet fis-soċjeta’. 

Meta żar l-iskola tas-Sacred Heart il-President faħħar l-impenn tas-sorijiet li jiddedikaw ħajjithom għal taħriġ mhux biss akkademiku iżda b’enfasi fuq il-valuri kattoliċi, valuri li jagħmlu parti mill-identita’ tagħna l-Malti.  

Il-President żar ukoll l-Institute of Tourism Studies fejn iltaqa’ maż-żgħażagħ li qegħdin jitħarrġu għall-industrija tat-turiżmu li hija tant importanti għal pajjiżna, li laqawh ukoll għal pranzu bbażat fuq ikel Malti.   

Il-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami fetaħ din iż-żjara billi żar is-sorijiet tal-Kunvent tal-Klarissi biex juri l-apprezzament tiegħu lis-sorijiet għall-istat ta’ ħajja reliġjuża li għażlu.  Is-Sinjura Fenech Adami żaret ukoll id-dar ta’ l-anzjani Casa Leone u xi familji.  

Il-lejla, l-Erbgħa 28 ta’ Frar,  il-President mistenni jagħmel żjara fil-Millenium Chapel fejn imbgħad ser jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji ta’ San Ġiljan waqt laqgħa mħejjija apposta għalihom.

DOI  28.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow