L-AMBAXXATUR MALTI GĦAN-NORVEĠJA JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI
L-Ambaxxatur Noel Buttigieg Scicluna aktar kmieni dan ix-xahar ippreżenta l-kredenzjali lill-Maesta’ Tiegħu r-Re Harald V tan-Norveġja, bħala ambaxxatur ta’ Malta għal dak il-pajjiż.
B’hekk l-Ambaxxata Maltija f’Copenhagen id-Danimarka, issa qed tiffunzjona bħala Ambaxxata Reġjonali ta’ Malta li taqdi d-Danimarka, l-Isvezja, il-Fillandja u n-Norveġja, kif previst fil-miri strateġiċi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Matul iż-żjara tiegħu f’Oslo, l-Ambaxxatur Buttigieg Scicluna kien akkumpanjat minn Paul Radmilli, First Secretary fl-Ambaxxata Maltija f’Copenhagen u kellu laqgħat ma’ l-awtoritajiet ta’ l-ajruport ta’ Oslo, ma’ uffiċjali tal-Linja ta’ l-Ajru Norveġiża, ma’ IKT-Norge, l-akbar organizzazzjoni Norveġiża fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informatika; man-NOBIO (Norwegian Bioindustry Association); man-NiGel (Norwegian Association of Generic Pharmaceuticals Industry) u diversi laqgħat oħra fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Norveġiż.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959