IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TNIEDI L-PJAN TA’ ĦIDMA 2007 TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA U L-FORUM B’RISQ IL-FAMILJI
L-Onor. Dolores Cristina Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali illum nediet il-Pjan ta’ Ħidma 2007 tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja (KNF) kif ukoll attendiet għall-ewwel laqgħa tal-Forum b’Risq il-Familji li l-KNF qed tgħin biex jiġi mwaqqaf.
Fid-diskors tagħha l-Ministru Cristina ferħet lil Kummissjoni għax xogħol siewi li l-membri għamlu mit-twaqqif tagħha u qalet li hija ċerta li b’dan il-pjan ċar, il-Kummissjoni ser tkompli taqdi dmirha lejn il-poplu Malti bl-aħjar mod possibbli. “Meta wieħed jara l-impenn personali tal-membri wieħed ma jistax ma jkunx kuntent u sodisfatt, u dan il-Pjan ser jgħin biex ix-xogħol li għandu jsir f’dan il-qasam tant importanti jkun mfassal biċ-ċar. Jiena ċerta li ser ikunu ħafna dawk li ser jagħtu l-kontribut tagħhom lil Kummissjoni. Nafu li l-familja hija s-sisien tas-soċjetà tagħna u rridu nagħmlu minn kollox biex nagħtuha aktar saħħa u pedamenti sodi fuq xiex tistriħ,” kompliet il-Ministru Cristina.
“Żgur li l-konsultazzjoni li ser tibda nhar l-Erbgħa li ġej ser tagħti riżultati pożittivi u minn hawnhekk nixtieq inħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kull għaqda, kull individwu, biex b’hekk il-Kummissjoni jkollha stampa aktar ċara tal-familja Maltija. Il-politika nazzjonali tal-familja hija waħda mixtieqa ħafna minn dan il-Gvern għaliex aħna nagħrfu li hemm bżonn nifhmu bidliet li saru tul is-snin fis-soċjetà tagħna biex b’hekk inkunu nistgħu nilqgħu dejjem aħjar għall-isfidi ta’ kuljum.” Il-Ministru kkonkludiet billi ferħet lil Kummissjoni talli ħadet il-pass biex tgħin lill-għaqdiet volontarji sabiex huma joħolqu forum b’risq il-familja u esprimiet ix-xewqa li dan il-forum ma jdumx ma jqum fuq saqajh biex b’hekk f’pajjiżna jkun hawn vuċi oħra, indipendenti, li dejjem tfittex l-aħjar interess tal-familji Maltin u Għawdxin.
Minn naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-KNF is-Sur Sandro Spiteri esprima l-apprezzament kbir tiegħu lejn il-membri kollha tal-Kummissjoni. “Il-medda ta’ inizjattivi li se tkun qed tieħu l-Kummissjoni matul din is-sena hija possibbli biss minħabba l-impenn sħiħ u ma jaqta’ xejn tal-membri kollha tagħha,” huwa qal. “Nemmen li permezz ta’ dawn l-inizjattivi fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp ta’ policies, il-konsultazzjoni pubblika u tat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni se tkun f’pożizzjoni ħafna aħjar biex tħoss il-polz tal-familja Maltija, u biex tagħti pariri siewja lill-Gvern tal-ġurnata.”
Il-Pjan ta’ Ħidma tal-KNF għal din is-sena jinbena fuq 4 pilastri prinċipali:
· Riċerka
· Konsultazzjoni għal politika nazzjonali dwar il-familja
· Parir tekniku u appoġġjar ta’ proposti (technical advice and advocacy)
· Is-Soċjetà Ċivili
A. Riċerka
Fil-qasam ta’ riċerka, il-KNF diġà tat kontribut siewi billi, fost oħrajn, fis-snin li għaddew ippreżentat riċerka dwar il-faqar u l-familja, b’enfazi partikolari fuq it-tfal. Riċerka li għadha kemm tlestiet u li se tiġi ppreżentata dalwaqt hija dwar is-saħħa mentali u l-familja. Oħra li għadha għaddejja hija dwar il-bidliet fil-forom ta’ familji.Apparti dan, matul l-2007 ir-riċerka se tingħata spinta sew ’il quddiem billi ġew ikkommissjonati ħames proġetti ġodda ta’ riċerka, li bejniethom assorbew terz tal-baġit annwali tal-KNF. Din il-figura, ta’ Lm5,000 (€11,646.87), ma tinkludix il-kontribut ċentrali tal-membri tal-Kummissjoni f’ħafna minn din ir-riċerka, u li kieku kienet tiswa ħafna iktar mill-onorarja lil jingħataw bħala membri tal-Kummissjoni.
B’kollox, mela, matul l-2007 se jkun hemm għaddejjin sitt proġetti ta’ riċerka, li huma:
· il-bidliet fil-forom ta’ familji (tkomplija mis-sena l-oħra);
· l-effett tal-leġislazzjoni ta’ l-UE fuq il-familja Maltija;
· riċerka dwar il-kawża tal-problemi tal-koppji li jmorru għal-counselling mas-servizzi ta’ Cana (bi sħab mal-Moviment ta’ Cana);
· ġabra tar-riċerka u riżorsi dwar il-familji li saret fi ħdan il-fakultajiet diversi fl-Università;
· iż-żwiġijiet imħallta f’Malta, jiġifieri fejn ir-raġel jew il-mara mhux Maltin;
· l-effett tal-Qorti tal-Familja fuq il-familji Maltin.
Fit-tieni nofs tas-sena 2007, il-Kummissjoni bi sħab mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali beħsieba tippublika din ir-riċerka.
B. Konsultazzjoni
Sa l-aħħar ta’ Mejju 2007, il-KNF se tippreżenta lill-Gvern abbozz ta’ Pjan Nazzjonali dwar il-Familja. Dan il-Pjan huwa msejjes mhux biss fuq ir-riċerka li ssemmiet qabel, imma fuq proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni kemm ma’ istituzzjonijiet u entitajiet fil-qasam tal-familja, kif ukoll mal-pubbliku.
Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni qed torganizza serje ta’ erba’ laqgħat reġjonali biex tisma’ l-kummenti u l-proposti tal-pubbliku dwar kif għandha tkun il-pjanifikazzjoni nazzjonali dwar il-familja. Dawn il-laqgħat se jsiru kif ġej:
· 28ta’ Frar |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959