ŻJARA LIL DJAR STORIĊI MALTIN
Fis-sensiela ta’ żjarat kulturali organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Heritage Malta u l-Awtorita’ għat-Turżimu ta’ Malta l-lum il-Ħadd kienet organizzata żjara kulturali fi ‘Djar Storiċi Maltin’.
Iż-żjara, il-ħames waħda ta’ din is-sena, ħadet lil dawk li se jipparteċipaw f’Casa Rocca Piccola, il-Mużew tal-Ġugarelli, l-Oratorju tas-Santissmu Sagrament u Villa Parisio, f’Ħal Lija.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li ltaqa’ ma’ dawk kollha li kienu qed jipparteċipaw f’din iż-żjara kulturali, qal li dawn iż-żjajjar qegħdin jikbru fil-popolarita’. Hu qal li din is-sena ġew organizzati s’issa erba’ żjarat kulturali. Hu qal li kien għad baqa’ tlieta oħra biex jgħaqqdu l-programm ta’ din is-sena, dik tal-Ħadd 25 ta’ Marzu li ser tkun żjara lill-Knejjes Żgħar Maltin, ħarġa kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex fit-22 ta’ April u dawra bil-lanċa mal-Port il-Kbir il-Ħadd 6 ta’ Mejju.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Maltin u l-Għawdxin saru aktar konxji mill-istorja, il-kultura u l-arti ta’ pajjiżhom. Hu qal li dawn iż-żjajjar kienu ta’ kontribut ewlieni biex nitgħallmu aktar dwar il-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna u biex fl-istess waqt aktar Maltin ikunu f’qagħda li jippromwovu pajjiżhom ma’ l-eluf ta’ turisti li jżuruna u li ħafna minnhom jiġu fostna għall-istorja, il-kultura u l-arti.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura awgura li dawn iż-żjarat ikomplu jservu biex kulħadd japprezza aktar dak li ħallewlna 7000 sena ta’ storja.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959