Logo għall-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
PR0257
22/02/2007
| Ir-ristrutturazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, | li bdiet isseħħ fl-ewwel xhur tal-2006 diġa’ tat riżultati meta kien organizzat il-Festival ta’ l-Arti ta’ Malta 2006, Notte Bianca 2006, żewġ workshops flimkien ma’ diskussjoni l-ArtsCafe u l-ArtSkills u issa bit-tnedija tal-logo tal-Kunsill. |
| Fl-2006 tħabbar li kien ser | isir dan il-logo l-ġdid u ġew mistiedna espressjonijiet artistiċi li jesprimu l-missjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li jippromwovi l-arti u l-kultura Maltija fil-forom kollha tagħhom, f’Malta u barra minn Malta. It-tweġiba kienet waħda nkoraġġanti iżda ebda waħda ma kienet tilħaq il-livell mixtieq. |
| Il-Kunsill għalhekk | ikkummissjona lid-disinjatur artistiku Malti Aldo Gatt li jgħix barra. Dan għamel diversi proposti u l-Kunsill għażel is-simbolu tal-mitħna tar-riħ li tirrappreżenta l-enerġija, kreattivita’, innovazzjoni, kontinwita’ u li hi direttament relatata ma’ l-iżvilupp ekonomiku Malti tul il-mijiet ta’ snin billi tipprovdi l-ilma. Il-mitħna tar-riħ hi wkoll ġugarell popolari li għal għexieren ta’ snin kienet popolari mat-tfal tagħna. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u | Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda dan il-logo qal li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għamel progress kbir minn mindu twaqqaf u rnexxielu jagħti dimensjoni ġdida sew lill-kultura kif ukoll lill-arti f’pajjiżna. Hu qal li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti hu responsabbli għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kultura u l-arti. Hu qal li dan ma’ baqax fuq dak li sab iżda ħa inizjattivi mportanti ġodda li taw riżultati mill-aqwa. |
| Il-Ministru Zammit Dimech | fakkar li s-sena li għaddiet il-Kunsill organizza l-ewwel Festival ta’ l-Arti f’Malta b’sensiela ta’ attivitajiet fil-belt Valletta li ġibdu lejn il-kapitali Maltija eluf ta’ nies. Hu qal li attivita’ popolari oħra kienet dik tan-Notte Bianca li attirat ’l fuq minn 70,000 persuna lejn il-belt u li mill-ewwel dehret li hi attivita’ popolari li ser tidħol fil-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ Malta u li ser tittella’ wkoll f’Għawdex. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u | Kultura qal li l-logo li kien qed imniedi kien jippersonifika l-kriterji kollha tal-politika tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Hu qal li l-Kunsill kien wieħed dinamiku u għalhekk minbarra li kien joħroġ b’inizjattivi ġodda kien lest jaħdem ma’ l-entitajiet kollha tal-Gvern u ma’ NGOs li huma lesti jippromwovu u jikkreaw żvilupp kulturali fil-forom kollha tiegħu. |
| Il-Ministru għat-Turżimu u | Kultura qal ukoll li l-kultura u l-arti kien parti esssenzjali mill-prodott turistiku Malti. Hu qal li hu kien jemmen li jekk ridna li pajjiżna jkollu n-niċeċ turistiċi tiegħu ma setax ma’ jiżviluppax dejjem iżjed il-kultura u l-arti għaliex f’dawn iż-żewġ oqsma kellna ħafna x’noffru. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u | Kultura rringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għall-ħidma tagħhom u awguralhom aktar ħidma favur il-kultura u l-arti f’pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959