Tisbiħ ta’ Ġnien Reggie Cilia fil-Mosta
PR0256
22/02/2007
| It-tisbiħ u | l-manutenzjoni taż-żoni pubbliċi huma responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali kif ukoll ta’ dak lokali. Huwa obbligu ta’ kull Kunsill li jsebbaħ il-lokalita' tiegħu. Dan minnhu nnifsu jwassal biex l-iżvilupp infrastrutturali ta’ pajjiżna ikun wieħed sostenibbli u d-dehra tal-pajjiż tiġi mtejba f’kull aspett. Il-Ministru Ninu Zammit qal dan meta kien qiegħed iżur xogħlijiet fi Ġnien Reggie Cilia fil-Mosta. |
| Ix-xogħlijiet | mwettqa qed isiru bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Dawn jinkludu pavimentar, installazzjoni ta’ sistema tad-dawl, tpoġġija ta’ garden furniture u lanscaping. Wara li ġie maqlugħ il-wiċċ l-antik tal-passaġġi tal-ġnien ġew mgħoddija s-servizzi kollha u ingħatat sodda tal-konkos. Sussegwentament beda t-tqegħid ta’ madwar 140 metru ta’ kurduna ġdida u l-pavimentar b’madum griż u aħmar li jkopri area ta’ madwar 520 metru kwadru. |
| L-istess qed | isir fil-bankina tal-madwar fejn qed jitpoġġew 520 metru kwadru oħra ta’ pavimentar. Id-disinn magħżul joħloq simetrija mal-passaġġi u l-konfini tad-dawra tal-ġnien bil-għan li ż-żona pedonali tkun aktar viżibli u identifikata. Wara li jitlesta’ l-pavimentar ser jiġu nsallati 25 lamp-post u jitwaħħlu 18-il bank flimkien ma’ diversi kontenituri ta’ l-iskart. Qed isir ukoll l-upgrading ta’ playground fixtures u l-installazzjoni ta’ rubber-flooring fl-istess area. Hu maħsub li x-xogħlijiet fuq dan il-ġnien jintemmu sa Marzu ta’ din is-sena. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit kompla billi qal li dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti u xogħlijiet oħra li saru fl-aħħar tlettt snin minn meta ġiet introdotta l-iskema tal-Joint Ventures mal-Kunsilli Lokali. Il-Perit Zammit fakkar li din l-iskema għandha oġġettiv ewlieni li r-riżorsi umani u finanzjarji tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jiġu wtilizzati fl-aħjar interess tal-poplu. |
| Fost | ix-xogħlijiet imwettqa bi sħab mal-Kunsilli Lokali insibu pavimentar ta’ bankini, bini ta’ Ċentri Lokali, bini ta’ uffiċini, restawr, kostruzzjoni ta’ ġonna pubbliċi u xogħlijiet oħra. Il-valur totali ta’ pagi tal-ħaddiema investiti fl-aħħar tlett snin fuq dawn ix-xogħlijiet jammonta għal ‘l fuq minn Lm400,000 (€931,749.36) fejn il-Kunsilli ħallsu biss 30% ta’ dan il-valur jew ‘l fuq minn Lm100,000 (€232,937.34). Dan ifisser li fuq ix-xogħlijiet li saru, l-Kunsilli nvoluti ffrankaw ‘l fuq minn Lm300,000 (€698,812.02) li ndirettament hu żieda addizzjonali fil-fond pubbliku allokat lilhom. Din il-politika' qed twassal biex filwaqt li l-fondi pubbliċi jintefqu b’mod għaqli, l-Kunsilli Lokali qed ikollhom aktar fondi finanzjarji li jkunu jistgħu jinvestu f’ġid għal-Lokalita' tagħhom. |
| Il-Ministru | temm jgħid li din il-ħidma hija ngredjent ieħor fit-taħlita ta’ proġetti ta’ tisbiħ, restawr u xogħlijiet oħra essenzjali li l-Ministeru wettaq, qed iwettaq u ser ikompli jwettaq fix-xhur li ġejjin għall-ġid tal-poplu Malti u ta’ pajjiżna. |
DOI - 22.02.2007
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959