Left arrow Go Back

“Kull negozju kbir beda minn wieħed żgħir” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0255
Date Icon 22/02/2007
“Huwa ta’ sodisfazzjongħalija li l-FOI bħala organizazzjoni qiegħda tiftaħ il-bibien tagħha għal sidien ta’ negozji żgħar.  Dak li llum qiegħed jiġi mħabbar mill-FOI m’huwiex biss ċerimonja ta’ inawgurazzjoni ta’ sezzjoni ġdida fi ħdan l-FOI li ser tispeċjalizza fis-settur tas-self employed u sidien ta’ negozji żgħar, iżda huwa bidu ta’ impenn akbar favur settur ta’ negozji żgħar f’pajjiżna li huma magħrufa bħala micro enterprises (li jħaddmu sa disa’ persuni) u li f’pajjiżna ilaħħaq mas-96% tan-negozji kollha.  In-negozji żgħar ta’ pajjiżna jħaddmu magħhom mat-terz tal-ħaddiema kollha li għandna li qegħdin jaħdmu bi qliegħ.
“Jiena nistenna mpenn akbarsabiex f’pajjiżna tikber aktar l-attenzjoni lejn in-negozji żgħar.  Dak li llum qed jitħabbar mill-FOI huwa sinjal li l-politika tal-Gvern f’dan il-qasam qed tħalli r-riżultati mixtieqa.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt attivita’ ta’ l-inawgurazzjoni ta’ sezzjoni fi ħdan l-FOI li ser tispeċjalizza aktar fuq il-ħtiġijiet tan-negozji ż-żghar.
Is-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo qal ukoll li “l-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed,  huwa impenjat li jara li jżomm konsultazzjoni wkoll fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-sidien ta’ negozji żgħar.  Din il-konsultazzjoni ġdida tilħaq il-milja tagħha bil-parteċipazzjoni ta’ l-għaqdiet tan-negozji, fosthom ta’ l-FOI, li jagħmlu parti mill-Forum għall-Imprenditorija mwaqqaf mill-istess Segretarjat u li fassal ukoll il-pjan ta’ ħidma “Miftuħa għan-Negozju” li qed jiġi mplimentat bħalissa.  Flimkien mal-FOI, sħab fil-Forum hemm il-GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ, l-MEA, l-MHRA u l-Malta Institute of Management.
“Il-Gvern irid li f’pajjiżnajkollna kollaborazzjoni akbar fl-attenzjoni li lkoll neħtieġu, li nagħtu lil min qiegħed jinvesti fil-ħila tiegħu permezz tan-negozju tiegħu.  Wieħed irid jiftakar li kull negozju kbir li jeżisti kien negozju żgħir.  Huwa ta’ inkoraġġiment li wieħed jara kif il-Gvern qiegħed ikompli jinvesti f’negozji ġodda nnovattivi li qegħdin jidħlu fil-Korradino Business Incubation Centre (KBIC).  Il-KBIC huwa storja ta’ suċċess għaliex qiegħed ikun hemm turn-over tajjeb ta’ negozji ġodda li jiżviluppaw l-operat tagħhom permezz ta’ dan l-incubation centre u l-assistenza mogħtija.
“Kellna 15-il kumpanija liħarġet mill-KBIC u bħalissa hemm 19-il kumpanija oħra li qegħdin joperaw minn hemm u li bejniethom iħaddmu 106 impjegat.  Hemm tliet kumpaniji oħra li qegħdin taħt l-iskema Outreach, li jingħataw il-benefiċċji kollha tal-KBIC minkejja li ma joperawx minn hemm fiżikament.  Dan huwa Gvern li jimpurtah jara lil min huwa żgħir fin-negozju jħossu komdu jaħdem u jikber fl-inizjattiva kummerċjali tiegħu,” temm jgħid l-Onor. Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow