Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-ARTIĠJANAT RESQIN LEJN IL-FAŻI FINALI

PR0249
Date Icon 22/02/2007
L-ewwelĊentru għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat li qed jinbena f’Għawdex, u li huwa parti minn proġett ko-finanzjat taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006, b’mod speċifiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, daħal fit-tieni fażi tax-xogħlijiet hekk kif ix-xogħol kollu ta’ kostruzzjoni ntemm fil-jiem li għaddew.
Danil-proġett tal-Ministeru għal Għawdex jipprovdi opportunità oħra lill-artiġjani Għawdxin billi joffrilhom għaxar workshops li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom hekk kif jibdew l-attività artiġjanali tagħhom. Il-proġett jinkludi wkoll l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat u faċilitajiet moderni oħra, li jinsabu fiċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri.
Iċ-Ċentruġdid għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat jagħmel parti minn proġett aktar wiesa’ li jinkorpora fih estensjoni tal-bini eżistenti taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’ Għajnsielem, li jinvolvi l-investiment ta’ Lm372,465 jew madwar €865,000. Iċ-Ċentru issa ser ikollu uffiċini ġodda, spazju konsiderevoli biex jintuża għal wirjiet, sala tal-konferenzi kif ukoll ħames workshops speċjalizzati li lkoll ser jiġu mgħammra b’tagħmir ġdid u modern għall-benefiċċju ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fid-diversi korsijiet ta’ arti u snajja’ f’dan iċ-Ċentru.
Waqt żjara ligħamlet fuq il-post, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jkattar żvilupp li jwassal għall-ġenerazzjoni ta’ iżjed opportunitajiet ta’ xogħol fil-gżira t’Għawdex. It-twettiq ta’ dan il-proġett mhux biss jipprovdi faċilitajiet aħjar għat-tagħlim u x-xogħol għall-artiġjana lokali li jixtiequ jibdew karriera sostenibbli f’dan il-qasam, imma jservi wkoll ta’ inkoraġġiment biex aktar nies tas-sengħa jkunu mħajra jiftħu attività għal rashom f’dan il-qasam, u b’hekk jikkontribwixxu dejjem iktar fl-ekonomija ta’ Għawdex.
Il-MinistruDebono qalet ukoll li s-settur ta’ l-artiġjanat jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala wieħed importanti għal Għawdex. Il-Gvern identifika dan il-qasam bħala wieħed li għandu potenzjal għal aktar żvilupp, mhux biss minħabba l-impatt dirett li jista’ jkollu fuq il-ħolqien tax-xogħol f’Għawdex iżda wkoll għall-kontribut tiegħu fit-titjib tal-prodott turistiku li toffri din il-gżira.
Il-MinistruDebono rreferiet għaż-żieda sostanzjali fl-opportunitajiet ta’ taħriġ f’dan il-qasam f’Għawdex biċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri jżid il-korsijiet li joffri minn tlieta fl-1989 għal erbgħa u erbgħin kors li qed jiġu offruti bħalissa lil numru totali ta’ 1289 student ta’ kull età. Dawn il-korsijiet jinkludu ħdax-il kors ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-Ministru Debono tkellmet ukoll dwar l-investiment ta’ Lm70,000 oħra, (madwar €163,056.14) mill-Gvern f’dan il-qasam f’Għawdex bix-xogħol ta’ modernizzar fil-kumpless tas-Snajja’ f’Ta’ Dbieġi  li ġie finalizzat lejn tmiem is-sena li għaddiet.
Minbarral-proġett tal-bini taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Artiġjanat u ta’ l-estensjoni taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, bħalissa għaddej xogħol fuq proġett ieħor simili tal-Ministeru għal Għawdex immirat li jtejjeb l-opportunitajiet fit-taħriġ u l-kwalità tar-riżorsi umani f’Għawdex. Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ Ċentru ġdid ta’ l-istudji Turistiċi fil-Qala, li hu wkoll ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Gvern Malti. Il-Gvern qed joffri wkoll numru ta’ korsijiet u skemi  li minnhom ser ikunu bbenefikaw ’l fuq minn sitt mitt Għawdxi minn 16-il sena ’l fuq sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow