SILTIET MID-DISKORS TAL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN L-ONOR. TONIO BORG FL-OKKAŻJONI TAL-PREŻENTAZZJONI TA’ ŻEWĠ MUTURI MILL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR LILL-KORP TAL-PULIZIJA – QAWRA – L-ERBGĦA, 21 FRAR 2007
PR0246
22/02/2007
| Huwa ta’ pjaċir kbir għalija | li nindirizza okkażjoni bħal din li tixhed b’mod ċar kif il-Gvern Ċentrali u dak Lokali jistgħu jaħdmu flimkien. |
| Nixtieq nibda billi qabel | xejn nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar immexxi mis-Sindku Pawlu Bugeja tal-ġest li qed jagħmel illum. Il-muturi li qed jingħataw b’donazzjoni se jintużaw mill-Pulizija għar-rondi f’dan il-lokal. |
| Tal-lum hija | wkoll turija ta’ l-impenn fundamentali li għandu l-Gvern Lokali biex jikkonserva l-enerġija u jħares l-ambjent. Lil hinn mill-fatt li l-muturi li ngħataw jaħdmu bil-batterija u ma jużawx fuel tradizzjonali, nieħu gost nara wkoll il-miżuri l-oħra li qed jimplimenta l-Kunsill sabiex juża sorsi alternattivi ta’ enerġija fl-użu tal-bini tal-Kunsill. |
| Naf li hemm | Kunsilli oħra li qed jaħsbu fuq l-istess linji u nieħu din l-opportunita` biex inħeġġeg lil Kunsilli l-oħra biex jimplimentaw akar miżuri ta’ dan it-tip. Kull Kunsill jista’ jservi ta’ katalista biex ir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi jkunu aktar konxji ta’ l-importanza ta’ l-użu ta’ enerġija alternattiva. |
| Nista’ ngħid ukoll li | bħalissa għaddejin taħdidiet kemm mal-Kunsilli Lokali kif ukoll ma’ Ministeri oħra biex infasslu skemi ġodda li jgħinu u jirrikonoxxu l-inizjattivi ambjentali li jkun qed jittieħdu mill-Kunsilli Lokali. Dawn l-inizjattivi jistgħu jinkludu l-effiċjenza fl-użu ta’ l-energija, l-użu ta’ sorsi riċiklabbli ta’ l-enerġija u l-immaniggjar ta’ l-iskart. |
| Nagħlaq billi ntenni | l-impenn u l-appoġġ tal-Gvern lill-Kunsilli fil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess tal-lokalitajiet tagħna. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959