Left arrow Go Back

Il-Ministru fostkom

PR0238
Date Icon 21/02/2007
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tavża lil-ħames laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Frar.
Din id-darba jmiss lin-nies li huma residentifl-irħula ta’ Ħ’Attard, Mosta, Balzan u l-Imdina. Il-laqgħa ser issir bejn id-9.00 a.m. u nofs in-nhar fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
F’dawn it-tlett siegħat il-Ministru Cristina sertiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care  fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru skond min ikun ċempel l-ewwel.
Minħabba li ma jkunx possibli li l-MinistruDolores Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar. Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jiffissa l-appuntament. Min ma jċempilx xorta waħda jista’ jiġi l-Kunsill Lokali u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.
Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministrugħall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi.
Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta uGħawdex. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow