Malta tagħmel il-proposti tagħha dwar il-bidla fil-klima
PR0237
21/02/2007
| Il-bidla fil-klima kien | is-suġġett ewlieni tal-Kunsill ta’ l-Ambjent ta’ l-Unjoni Ewropea li ltaqa’ l-bieraħ, fejn l-Istati Membri kkommettew ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ’serra’ b’20% sal-2020. L-Istati Membri qablu wkoll li jimmiraw għal tnaqqis ta’ 30% jekk pajjizi żviluppati barra mill-UE jikkomettu ruħhom għal miri ta’ l-istess ambizzjoni. |
| Waqt il-laqgħa, il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li “huwa mportanti li l-UE żżomm dan il-livell ta’ ambizzjoni biex ngħaddu messaġġ qawwi lill-komunità internazzjonali.” Il-Ministru Pullicino sostna wkoll li l-vulnerabilità għal bidla fil-klima mhix limitata biss għal pajjiżi li qed jiżviluppaw imma hija ta’ tħassib ukoll għal dawk il-pajjiżi kollha li huma vulnerabbli, bħal Malta stess. Il-Ministru Pullicino fil-fatt ippropona emenda għat-test originali, liema emenda ġiet aċċetta. |
| Il-Kunsill iddiskuta wkoll | il-proposta ta’ l-inkluzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet bl-effett serra (greenhouse gases) fil-Komunità. Il-Ministru Pullicino enfasizza li filwaqt li Malta taqbel li l-UE għandha turi tmexxija f’dan il-qasam, l-azzjonijiet u miżuri meħuda fi ħdan l-UE m’għandhomx jinjoraw il-ħtiega ta’ azzjonijiet globali. |
| Il-Ministru spjega kif | nuqqas ta’ azzjoni globali jista’ jwassal għal nuqqas ta’ effiċjenza minħabba li l-emissjonijiet jistgħu jiġu trasferiti minflok ma jitnaqqsu. Il-Ministru żied ukoll li miżuri ndirizzati biss lejn it-titjiriet bejn Stati Membri jistgħu jnaqqsu l-kompetittività ta’ l-operaturi Ewropej. |
| Għaldaqstant, Malta | pproponiet li tiġi introdotta skema li tindirizza fl-istess ħin it-titjiriet kollha fl-UE, kif ukoll titjiriet internazzjonali li jidħlu u jitilqu mill-UE. Il-Ministru stqarr ukoll li permezz ta’ din il-proposta, Malta tista tiffaċċja numru ta’ vulnerabilitajiet oħra bħad-dipendenza kważi totali li għandha fuq l-avjazzjoni bħala mezz ta’ transport lil hinn mill-gżira. |
| Il-Ministru sostna li | filwaqt li t-transport tal-baħar jieħu ħsieb parti mit-trasport ta’ merkanzija u servizzi, l-avjazzjoni hija l-fus ta’ l-iżvilupp ekonomiku għall-Malta. Dan għaliex l-avjazzjoni tipprovdi servizz għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, kif ukoll għax hija responsabbli għal 95% tat-turiżmu lejn u lill hinn minn Malta. F’dan il-kuntest, il-Ministru talab biex isir sforz ikbar sabiex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni partikulari ta’ Malta bħala gżira. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959