Left arrow Go Back

Proġett għat-tisbiħ urban ta’ pajjiżna

PR0236
Date Icon 21/02/2007
“Matul din is-senal-Gvern mistenni jonfoq Lm4,430,000 (€10,319,124.16) għall-iżvilupp tal-prodott turistiku f’Malta u Għawdex. Minn dan l-ammont, Lm3.8 miljun (€8.85) ser jiġu minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea bid-differenza ta’ Lm630,000 (€1,467,505.24) li  tinħareġ mill-Gvern. F’Malta ser jintefqu Lm3.15 miljun (€7.34) minn dawn il-fondi filwaqt li f’Għawdex ser jintefqu Lm1.28 miljun (€2.98). Fl-istess waqt l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta ser tinvesti qrib in-nofs miljun lira biex tħares il-prodott  b’infiq għall-ħarsien tal-kosta, għall-wirt storiku, proġetti rurali u urbani, proġetti ta’ l-UE, żamma tax-xtut u mmaniġġjar taz-zoni turistiċi.”
Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmuu Kultura Francis Zammit Dimech meta żar proġett ta’ tisbiħ f’Dingli Cliffs li qed jitwettaq mill-Kunsill Lokali Dingli bl-għajnuna finanzjarja ta’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta. L-MTA qed tikkontribwixxi Lm4,500 (€10,482.18) għal dan il-proġett li huma parti minn vot li l-istess Awtorita’ għandha għall-proġetti urbani.
Wara li l-Ministeru għar-Riżorsiu l-Infrastruttura rrestawra l-kappella ta’ Santa Maria Madalena minn ġewwa u minn barra, il-Kunsill Lokali Dingli iddeċieda li jsebbaħ madwar il-kappella peress li din il-lokalita’ hija mfittxija ħafna u jżuruha ammont kbir ta’ turisti kuljum.
Ix-xogħol li sar jinkludi tindifta’ l-inħawi u t-tneħħija ta’ għamara mkissra tat-toroq, bini ta’ platform ta’ l-injam komplut bir-railing fuq iż-żewġ naħat tal-kappella, bankijiet u litter bins ġodda, ħolqien ta’ parking bay għall-coaches u sinjali ġodda.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li dan il-proġett, li twettaq mill-Kunsill Lokali Dingli bl-appoġġ finanzjarju  tal-MTA, juri kif il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern, jew entitajiet pubbiċi, u l-Kunsill Lokali tagħti riżultati pożittivi.
Il-Ministru Zammit Dimech qal libiex nibqgħu kompetittivi fis-settur turistiku ridna noffru l-aħjar prodott billi mhux biss intejjbu dak li għandna, iżda nwettqu proġetti ġodda. Hu qal li kien f’dan l-isfond li għall-ewwel darba din is-sena l-Gvern kien qed jivvota s-somma ta’ Lm4.4 miljun (€10.25)  għall-iżvilupp tal-prodott. Hu qal li kien jemmen li permezz ta’ dan l-investiment konna ser inkomplu nagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna li minnha kien igawdi l-poplu Malti u t-turisti li jżuruna.
Il-Ministru qal li l-Awtorita’għat-Turiżmu ta’ Malta kienet qed tagħmel ħilitha kollha biex pajjiżna jingħata dehra ġdida. Hu qal li biex tilħaq l-għanijiet tagħha l-MTA kienet qed taħdem fil-qrib mal-Kunsilli Lokali. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li darba dawn il-proġetti jiġu realizzati kien meħtieġ li ssirilhom l-manutenzjoni meħtieġa, filwaqt li awgura li dan il-proġett ikollu l-effett mixtieq sew għar-residenti ta’ Ħad Dingli kif ukoll għas-settur turistiku.

DOI - 21.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow