Left arrow Go Back

L-ewwel laqgħa tal -Forum b’Risq il-Familji

PR0230
Date Icon 21/02/2007
Nharis-26 ta’ Frar 2007, il-Kumissjoni Nazzjonali Familja se tniedi l-Forum b’Risq il-Familji. Dan il-Forum huwa magħmul minn għaqdiet volontarji li huma attivi fis-settur tal-familji. L-għan tat-twaqqif ta’ dan il-Forum huwa li tissaħħaħ il-vuċi tas-soċjetà ċivili f’dak li għandu x’jaqsam mal-familja.
Il-Forum huwamaħsub li jkun għal kollox indipendenti kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Gvern. Huwa jirregola lilu nnifsu u l-kontribut tal-Kummissjoni huwa li tgħin f’xi aspetti amministrattivi u tagħti daqqa t’id sakemm il-Forum iqum fuq saqajh.
Il-Kummissjoniqed tagħmel dan għax temmen bis-sħiħ li anke fil-qasam tal-familja is-soċjetà ċivili għandha tkun preżenti b’mod organizzat u b’vuċi qawwija biex tissieħeb fil-proġett tat-tiswir tas-soċjetà Maltija ta’ llum u ta’ għada, anke billi tipparteċipa fil-pjanifikazzjoni u t-tiswir ta’ politika b’risq il-familja.
Minn meta l-Kummissjonigħamlet sejħa għal min hu interessat jieħu sehem f’dan il-Forum, diġà kien hemm ’il fuq minn 25 entità li esprimew interess, u hu mistenni li dan in-numru jikber. Issa l-Kummissjoni qed terġa’ tagħmel sejħa pubblika lil entitajiet li għadhom m’esprimewx l-interess tagħhom biex jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr.
L-entitajietkollha li jesprimu dan l-interess se jiġu mistiedna għall-ewwel laqgħa tal-Forum, li se ssir nhar it-Tnejn, 26 ta’ Frar, 2007 fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Santa Venera, fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar wara konferenza stampa ndirizzata mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Socjali, li waqtha ser jiġi ppreżentat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal din is-sena, il-bidu tal-Forum għall-Għaqdiet Volontarji, kif ukoll il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku.

L-entitajiet li jixtiequ jiġu mistiedna għal din l-ewwel laqgħa tal-Forum b’Risq il-Familji għandhom jikkuntattjaw lil Ms Denise Camilleri fuq 21-483116/7/8 jew billi jibgħatu email fuq denise.a.camilleri@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow