SILTIET MID-DISKORS TAL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG WAQT LAQGĦA GĦAR-REKLUTI ĠODDA
PR0222
20/02/2007
| Dan li | kien is-27 kors ta’ taħriġ li sar fl-Akkademja tal-Pulizija minn mindu din twaqqfet fl-1988. L-għan li twaqqfet l-Akkademja kien li tagħti taħriġ lil rekluti ġodda biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirhom bħala pulzija biex jiġġieldu l-kriminalita’ fl-interess tal-pubbliku Malti. Kull rekluta jingħata taħrig kemm akkademiku u kemm prattiku li jservih għax-xogħol il-ġdid tiegħu jew tagħha. Mindu twaqqfet l-Akkademja ngħataw taħriġ 1585 rekluta ġdid fil-Korp tal-Pulzija. Mhux biss imma r-rekluti l-ġodda jqattgħu numru ta’ sigħat fl-Għases tal-Pulizija biex jidraw l-ambjent fejn ser jagħtu s-servizz tagħhom kif ukoll jagħmlu ukoll xogħol filantropiku fil-komunita’ l-iktar f’għaqdiet bħal creches. |
| L-Akkademja | tagħti ukoll taħriġ kontinwu lill-membri kollha tal-pulizija bl-iskop li iżżommhom dejjem aġġornati. L-Akkademja spiss taħdem ma’ pulizija minn barra minn Malta biex isir taħriġ konġunt dwar topics speċifiċi bħal traffikar ta’ droga, traffikar ta’ persuni, kuntrabandu u frodi, speċjalment permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika. |
| L-Akkademja | tal-Pulizija ħasbet li twessa l-kurrikulu billi ntroduċiet laqgħat mat-tlett oqsma li jikkostitwixxu l-Istat Demokratiku f`pajjiżna – il-Ġudikatura, il-Leġislattiv u l-Eżekuttiv. Dan biex ir-rekluti jkunu midħla ta’ kif jaħdmu il-Qrati differenti, ir-rwol tal-Parlament u kif jiffunzjona. |
| Importanti r-rwol ta’ l-Eżekuttiv fis-sistema demokratika fejn | il-Pulzija għandha rwol importanti bħala parti minn din is-sistema. |
| Hija l-politika | tal-Gvern li t-taħriġ jingħata lill-membri kollha tal-Korp, minn kuntistabbli ’l fuq biex il-Korp ikun kapaċi jirrispondi b’suċċess għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-soċjeta’. |
| Il-dħul | ta’ dawn il-kuntistabbli ġodda ser iżid in-numru tal-membri fil-Korp biex b’hekk ikun f’pożizzjoni aħjar biex jaqdu dmirhom lejn is-soċjeta’ Maltija. Dan ir-reklutagg, ta’ 135, huwa l-ikbar wieħed li qatt sar f’daqqa, ammont ta’ 8% tal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija. Dan juri l-impenn tal-Gvern li jżomm lill-Korp tal-Pulizija fl-aħjar pożizzjoni biex jiġġieled il-kriminalita’ u jagħti serħan il-moħħ lill-pubbliku. |
| DOI | 20.02.2007 |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959