STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: L-anniversarju mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Kyoto mfakkar b’azzjoni simbolika f’Malta
PR0213
16/02/2007
| Illum jaħbat it-tieni | anniversarju mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Kyoto. Dan it-trattat internazzjonali jobbliga lill-pajjiżi li rratifikawh biex inaqqsu jew b’xi mod jindirizzaw il-problema ta’ l-emmissjonijiet ta’ greenhouse gases f’pajjiżhom. |
| Il-Protokoll ta’ Kyoto | jistabbilixxi perċentwali ta’ kemm irid isir tnaqqis fl-emmissjonijiet ta’ greenhouse gases mill-pajjiżi żviluppati, miżura li wasslet lil ċerti pajjiżi biex ma jirratifikawx il-Protokoll. Dan il-Protokoll, li fih qed jagħtu sehemhom mal-141 pajjiż, jitqies bħala pass żgħir lejn titjib fil-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. |
| Biex jitfakkar dan il-jum, Malta | qed tingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħrajn f’azzjoni simbolika biex jintefa dawl ma’ post pubbliku biex jissombilizza l-għarfien dwar l-użu ta’ l-enerġija. Permezz ta’ inizjattiva tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infirastruttura u tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, illum bejn it-tmienja u d-disgħa ta’ filgħxija se jintefa d-dawl ta’ mas-swar tal-Forti Sant’Anġlu u l-Imdina. |
| Bħala membru fl-Unjoni Ewropea, | ta’ min ifakkar li Malta bħalissa għaddej mill-proċess li tiffinalizza l-Pjan Nazzjonali t’Allokazzjoni (National Allocation Plan) għal perjodu 2008-2012. Dan il-pjan jorbot lil pajjiż li jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ gassijiet/emissjonijiet magħufa bħala CO2 mill-atmosfera sabiex ikompli jitnaqqas l-impatt fuq it-tibdil fil-klima. |
| Il-Gvern ifakkar li kulħadd irid | jagħti sehmu biex it-tibdil fil-klima jitrażżan. Ikun tajjeb li waqt din l-attivita simbolika kulħadd jeżzamina ftit jekk fid-dar jew hemmx xi forma ta’ ħela ta’ enerġija li tista’ titnaqqas. |
DOI – 16.02.2007
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959