Left arrow Go Back

Kappella tas-Salvatur, Kalkara

PR0212
Date Icon 16/02/2007
Fostil-prioritajiet tal-Gvern, il-ħarsien, l-indukrar u r-restawr tal-wirt storiku ta’ pajjiżna hu fattur importanti li qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.  Ix-xogħol, it-taħriġ tal-ħaddiema u l-investiment li sar fl-aħħar snin, juri li l-Gvern bis-serjeta’ u bis-sħiħ qed iwettaq politika ċara favur il-wirt storiku ta’ pajjiżna.  Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura l-Onor. Ninu Zammit qal dan meta kien qed iżur proġett ieħor ta’ restawr li qed isir fuq il-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara.
Din il-Kappellatinstab wara l-Isptar ta’ Bighi fuq il-quċċata tal-peniżola ta’ San Salvatore jew kif inhi magħrufa aħjar iż-żona ta’ Bighi.  Il-Kappella eżistenti nbniet mill-ġdid mill-Prijur Fra Giovanni Bighi fuq disinn ta’ Lorenzo Gafa ’l fuq minn 300 sena ilu, eżattament fl-1651,  wara li l-Kappella oriġinali kienet iġġarfet mill-attakki li seħħew fl-Assedju l-Kbir.  Il-kundizzjoni tal-binja ta’ din il-Kappella hi ħażina ħafna u dan jixduh l-ammont konsiderevoli ta’ ġebel li tmermer matul iż-żminijiet.  Barra minhekk l-istruttura sarulha diversi nterventi fil-passat bħal kisi oħxon bis-siment, li kompla ddeterjora l-kundizzjoni tal-ġebla.
Il-Perit NinuZammit żied jgħid li wara li sar studju dettaljat fuq kull parti tal-binja tħejja rapport u ġew imfassla l-interventi li għandhom bżonn isiru.  Minħabba l-ammont konsiderevoli tax-xogħol li jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati u li jieħu xi ftit taż-żmien, ġie deċiż li primarjament isiru l-interventi meħtieġa sabiex jiġi eliminat id-dħul ta’ l-ilma fil-Kappella.  Għaldaqstant bħalissa qed isir xogħol fuq l-aperturi fejn it-twieqi ġew modifikati u tneħħa l-ġebel li kien qiegħed idawwar it-twieqi, biex b’hekk il-fetħa tat-tieqa reġgħet irritornat għal qies oriġinali li  ġew kumplimentati bil-fabbrikar ta’ aperturi ġodda li twaħħlu fil-post.
Bdew jitnaddful-ħitan tas-sagristija mill-kisi oħxon tas-siment li f’xi bnadi kien ilaħħaq ħxuna ta’ erba’ pulzieri.  Din il-fażi tax-xogħol ser tinkludi wkoll it-tiswija tad-deffun u t-tħaffir ta’ kanal mad-dawra tal-Kappella sabiex jilqa l-ilma tax-xita milli jippenetra fil-binja tal-Kappella.  Sussegwentement kif jintemmu dawn l-interventi, għandu jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-binja.  Dan ix-xogħol hu wieħed delikat peress li ser ikun jikkonsisti f’tindif, tiswija ta’ ġebel immermer u f’ċertu bnadi fi bdil ta’ ġebel.
Il-Ministru tennali dan ix-xogħol u numru konsiderevoli ta’ proġetti oħra ta’ restawr qed isiru grazzi għad-dedikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni li l-periti u l-ħaddiema fis-sezzjoni tar-restawr jottjenu.  Din il-ħidma mifruxa mal-pajjiż kollu qed tissarraf f’ġid għal-lokalita` li l-monumenti storiċi jkunu jinsabu fiha kif ukoll għal pajjiż in ġenerali, b’hekk qed inkomplu b’mod konkret niggarantixxu l-ħarsien tal-wirt storiku għall-generazzjoni futura.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow