IL-ĦIDMA TAD-DIPARTIMENT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’: TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEMA TA’ L-OPPOŻIZZJONI
| Il-ħidma tad-Dipartiment | għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` tiffoka l-ewwel nett fuq il-persuna u li l-anzjani jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’. In-numru u l-kwalita’ tas-servizzi li ġew imnedija minn diversi Gvernijiet immexxijja mill-Partit Nazzjonalista jikkonfermaw dan l-impenn. Minkejja dan nifħmu wkoll li jista’ jasal zmien meta l-anzjan ikollu jirrikorri għall-kura f’ xi istituzzjoni. |
| B’ referenza | għall-istqarrija ta’ l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca u l-Onor. Silvio Parnis, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jixtieq jippreċiza li: |
1. Is-Sala Jeanne Antide f’ Mount Carmel ġiet organizzata biex isservi ta’ step down facility bejn l-Isptar San Luqa u r-Residenza San Vinċenz de Paul proprju għal dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra jitħallew l-Isptar San Luqa mħux għax għandħom bżonn il-kura medika, iżda għax jikkontendu li qed jistennew li jidħlu f’ San Vinċenz.
2. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, fl-Isptar San Luqa kien ħemm 130 pazjent iżjed milli jiflaħ l-isptar. Fil-prattika, dan kien ifisser li jkollhom jieqfu l-operazzjonijiet u titwal il-lista ta’ l-istennija.
3. Kien għalħekk li ttieħdet id-deċizjoni li numru ta’ anzjani (li kienu fil-kurituri ta’ San Luqa) jiġu trasferiti lejn Sala Jeanne Antide u eventwalment lejn San Vinċenz.
4. Dan kien ifisser li b’ mod temporanju kellhom jiżdiedu numru ta’ sodod ġewwa San Vinċenz sabiex nindirizzaw il-problema li nħolqot fl-Isptar San Luqa.
5. Id-Dipartiment jifhem li meta jiżdiedu r-residenti fis-swali, dan ikun ifisser li tiżdied il-pressjoni ta’ xogħol fuq il-ħaddiem. Fil-fatt kien hemm diskussjoni mal-Unions kollha nvoluti li wasslet biex qabel ma jiġu trasferiti r-residenti, kellu jkun żgurat li n-numru ta’ carers ikun dak kif maqbul bejn il-management u l-Unions.
6. Tajjeb li nippreċizaw ukoll li filwaqt li fil-passat kien ikun hemm medja ta’ 350 resident ġdid kull sena ġewwa San Vinċenz, is-sena l-oħra minkejja li żdiedu s-sodod, in-numru ta’ residenti li setgħu jiġu akkomodati kienu ta’ 266. Minkejja kull kritika li ssir, l-anzjani ġewwa San Vinċenz qed jgħixu aktar u l-eta’ medja bħalissa hija ta’ 82 sena. Dan huwa mertu tal-ħaddiema u tal-kura li l-anzjani tagħna qed jingħataw f’ din il-faċilita’.
7. Tajjeb ukoll li nzommu f’ moħħna, li qed ikun hemm ukoll pressjoni akbar għal dħul ta’ residenti f’ San Vinċenz, minħabba l-fatt li minkejja kull kritika, il-kontribuzzjoni li l-anzjani tagħna jagħmlu għal servizz komplut hija bil-wisq inqas minn kull ħlas li anzjani jagħmlu fis-settur privat, kif ukoll minħabba l-istima għolja li din ir-residenza għandha fost il-pubbliku Malti. Minn residenza mistkerrħa minn kulħadd, illum hemm waiting list ta’ anzjani biex jidħlu f’ San Vinċenz.
8. Sadanittant, ix-xogħol ta’ refurbishment f’San Vinċenz għadu għaddej. Qiegħda wkoll issir estensjoni għas-Sala Jeanne Antide, biex din l-istep down facility titkabbar. Barra minhekk, qed ikun finalizzat il-proċess ta’ adjudication għall-bini tad-dar ta’ l-anzjani tal-Mellieħa. Dan kollu se jkun ifisser li fix-xhur li ġejjin, in-numru ta’ sodod kif offruti mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani se jiżdied b’ mod konsiderevoli.
9. Barra dan kollu, qed tkun ippjanata Facilita’ ta’ Riabilitazzjoni ta’ 280 sodda, biex numru akbar ta’ anzjani jingħataw is-servizz ta’ riabilitazzjoni meħtieġ biex huma jkunu jistgħu jirritornaw jgħixu fil-komunita’, fejn trabbew u rabbew.
| Dan kollu jixhed li altru milli | l-anzjani qed ikunu trattati bħala numru ! |
| Inħallu f’idejn il-Poplu Malti | biex jiġġudika min tabilħaqq lill-anzjani jarahom bħala numru. |
Il-ħidma tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` tiffoka l-ewwel nett fuq il-persuna u li l-anzjani jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’. In-numru u l-kwalita’ tas-servizzi li ġew imnedija minn diversi Gvernijiet immexxijja mill-Partit Nazzjonalista jikkonfermaw dan l-impenn. Minkejja dan nifħmu wkoll li jista’ jasal zmien meta l-anzjan ikollu jirrikorri għall-kura f’ xi istituzzjoni.
B’ referenza għall-istqarrija ta’ l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca u l-Onor. Silvio Parnis, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jixtieq jippreċiza li:
1. Is-Sala Jeanne Antide f’ Mount Carmel ġiet organizzata biex isservi ta’ step down facility bejn l-Isptar San Luqa u r-Residenza San Vinċenz de Paul proprju għal dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra jitħallew l-Isptar San Luqa mħux għax għandħom bżonn il-kura medika, iżda għax jikkontendu li qed jistennew li jidħlu f’ San Vinċenz.
2. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, fl-Isptar San Luqa kien ħemm 130 pazjent iżjed milli jiflaħ l-isptar. Fil-prattika, dan kien ifisser li jkollhom jieqfu l-operazzjonijiet u titwal il-lista ta’ l-istennija.
3. Kien għalħekk li ttieħdet id-deċizjoni li numru ta’ anzjani (li kienu fil-kurituri ta’ San Luqa) jiġu trasferiti lejn Sala Jeanne Antide u eventwalment lejn San Vinċenz.
4. Dan kien ifisser li b’ mod temporanju kellhom jiżdiedu numru ta’ sodod ġewwa San Vinċenz sabiex nindirizzaw il-problema li nħolqot fl-Isptar San Luqa.
5. Id-Dipartiment jifhem li meta jiżdiedu r-residenti fis-swali, dan ikun ifisser li tiżdied il-pressjoni ta’ xogħol fuq il-ħaddiem. Fil-fatt kien hemm diskussjoni mal-Unions kollha nvoluti li wasslet biex qabel ma jiġu trasferiti r-residenti, kellu jkun żgurat li n-numru ta’ carers ikun dak kif maqbul bejn il-management u l-Unions.
6. Tajjeb li nippreċizaw ukoll li filwaqt li fil-passat kien ikun hemm medja ta’ 350 resident ġdid kull sena ġewwa San Vinċenz, is-sena l-oħra minkejja li żdiedu s-sodod, in-numru ta’ residenti li setgħu jiġu akkomodati kienu ta’ 266. Minkejja kull kritika li ssir, l-anzjani ġewwa San Vinċenz qed jgħixu aktar u l-eta’ medja bħalissa hija ta’ 82 sena. Dan huwa mertu tal-ħaddiema u tal-kura li l-anzjani tagħna qed jingħataw f’ din il-faċilita’.
7. Tajjeb ukoll li nzommu f’ moħħna, li qed ikun hemm ukoll pressjoni akbar għal dħul ta’ residenti f’ San Vinċenz, minħabba l-fatt li minkejja kull kritika, il-kontribuzzjoni li l-anzjani tagħna jagħmlu għal servizz komplut hija bil-wisq inqas minn kull ħlas li anzjani jagħmlu fis-settur privat, kif ukoll minħabba l-istima għolja li din ir-residenza għandha fost il-pubbliku Malti. Minn residenza mistkerrħa minn kulħadd, illum hemm waiting list ta’ anzjani biex jidħlu f’ San Vinċenz.
8. Sadanittant, ix-xogħol ta’ refurbishment f’San Vinċenz għadu għaddej. Qiegħda wkoll issir estensjoni għas-Sala Jeanne Antide, biex din l-istep down facility titkabbar. Barra minhekk, qed ikun finalizzat il-proċess ta’ adjudication għall-bini tad-dar ta’ l-anzjani tal-Mellieħa. Dan kollu se jkun ifisser li fix-xhur li ġejjin, in-numru ta’ sodod kif offruti mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani se jiżdied b’ mod konsiderevoli.
9. Barra dan kollu, qed tkun ippjanata Facilita’ ta’ Riabilitazzjoni ta’ 280 sodda, biex numru akbar ta’ anzjani jingħataw is-servizz ta’ riabilitazzjoni meħtieġ biex huma jkunu jistgħu jirritornaw jgħixu fil-komunita’, fejn trabbew u rabbew.
| Dan kollu jixhed li altru milli | l-anzjani qed ikunu trattati bħala numru ! |
| Inħallu f’idejn il-Poplu Malti | biex jiġġudika min tabilħaqq lill-anzjani jarahom bħala numru. |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959