Il-Parlament ta’ l-Għarabja Sawdija jirratifika Ftehim ma’ Malta
Il-Parlament ta’ l-Għarabja Sawdija approva unanimament il-Ftehim Generali bejn Malta u l-Għarabja Sawdija li kien iffirmat f’April li għadda mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u l-Prinċep Saud Al Faisal, Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ dak il-pajjiż.
Iż-żewġ pajjiżi issa mistennija jaħtru Kummissjoni Konġunta li taħdem biex ikunu finalizzati ftehim pendenti bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo qal li wara li l-Parlament Sawdi approva l-Ftehim Ġenerali, issa għandu jkun aktar faċli li l-ftehim pendenti li diġa’ sar ħafna xogħol fuqhom, ikunu konklużi fl-interess taż-żewġ pajjiżi.
Sadattant, il-bieraħ, l-Ambaxxatur ta’ Malta f’Riyadh is-Sur Godwin Montanaro, kellu laqgħat mad-Deputat Ministru għall-Kummerċ u laqgħa oħra mal-Ministru għat-Trasport li matulhom kienu diskussi affarijiet ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi.
Minn dawn il-laqgħat deher ċar li min naħa ta’ l-Għarabja Sawdija hemm interess kbir illi jitjiebu r-relazzjonijiet kummerċjali ma’ Malta. Intwera wkoll interess fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, l-investiment, is-saħħa u t-turiżmu.
DOI – 08.02.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958