Left arrow Go Back

ID-DIRETTUR ĠENERALI TAL-QORTI JWIEĠEB STQARRIJA TAL-KAMRA TAL-AVUKATI

PR0169
Date Icon 08/02/2007

B’riferenza għall-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Kamra ta’ l-Avukati li ġġib id-data futura tat-8 ta’ Jannar 2008, id-Direttur Ġenerali tal-Qrati hu pjuttost sorpriż kif il-Kamra ta’ l-Avukati, filwaqt li fl-ewwel sentenza ta’ l-istqarrija tagħha tgħid illi “atti tal-Qorti tneħħew mill-Arkivju tal-Qorti kontra d-disposizzjonijiet tal-liġi”, fl-aħħar sentenza ta’ l-istess stqarrija qegħdha titolbu “jispjega eżattament x’ġara u jassigura li dak li ġara ma jirrepetix ruħu”.   

Id-Direttur Ġenerali kien jistenna li l-Kamra ta’ l-Avukati tirriserva l-ġudizzju tagħha sakemm ikollha l-ispjegazzjoni eżatta ta’ x’ġara, kif qed titlob hija stess.  Dan peress li hu kontrosens li min jistqarr li ma jafx eżattament x’ġara, fl-istess ħin jikkundanna dak li ġara u jitlob assigurazzjonijiet li dak li ma jafx li ġara ma jerġax jiġri. 

Illi fil-fatt li ġara kien li, peress li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja ried jindaga dwar l-effetti prattiċi ta’ l-artikolu 166A li ġie introdott fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili reċentement, huwa talab lir-Reġistratur tal-Qrati u Tribunali Ċivili li jagħmilha possibbli għalih, li jara xi atti ġudizzjarji relevanti għall-materja li kien qiegħed jistħarreġ.  L-istess Reġistratur awtorizza skond il-liġi, li l-atti rilevanti jittieħdu minn uffiċjali tal-Qorti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern sabiex hemm ikunu jistgħu jiġu eżaminati mis-Segretarju Parlamentari, għall-iskop fuq imsemmi.  Malli avukat talbet aċċess għal wieħed mill-atti imsemmija, dan inġieb fi żmien qasir minn uffiċjal tal-Qorti mill-Ministeru u tqiegħed mill-ewwel għad-disposizzjoni ta’ l-istess avukat.  F’dan kollu ma hemm xejn kontra l-liġi. 

Il-kliem li hemm fl-istqarrija:

·        dwar il-ħtieġa ta’ fiduċja pubblika fis-sigurtà u fl-integrità tal-proċess ġudizzjarju,

·        dwar il-ħtieġa li l-membri taċ-Ċivil jirrispettaw skrupolożament id-disposizzjonijiet tal-liġi, u

·        l-insinwazzjoni li f’dan il-każ, saret “pressjoni politika” jew li twettaq xi “inċident spjaċevoli”,

huma għal kollox barra minn lokhom u nfondati; u hu fil-fatt diskors bla bażi bħal dak, li jimmina l-“fiduċja pubblika fis-sigurtà u fl-integrità tal-proċess ġudizzjarju”.

DOI – 08.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow