RAPPORT DWAR IL-ĦIDMA U L-ATTIVITAJIET TA’ L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 2006
L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anton Tabone, ir-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifka (NAO) għas-sena 2006.
Ir-rapport jagħmel referenza għall-qafas leġislattiv fit-twaqqif ta’ l-NAO u jiddiskrivi l-istruttura ta’ l-Uffiċċju u d-diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ verifika li saru. Dawn jinkludu verifika finanzjarja u ta’ osservanza, kif ukoll fuq l-effettività u verifika oħra partikolari.
Dan ir-rapport jiddeskrivi b’mod prominenti r-relazzjonijiet li għandu l-Uffiċċju ma’ żewġ kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti: il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi u dak dwar il-Kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi jeżamina r-rapporti ta’ l-Awditur Ġenerali. It-tieni kumitat jeżamina l-estimi u l-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Ir-rapport jagħmel referenza ukoll għall-Kodiċi ta’ Etika u l-linji ta’ gwida li bihom il-membri ta’ l-Uffiċċju jwettqu l-ħidma tagħhom. Jagħti dettalji wkoll dwar l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni ewlenija ta’ l-NAO, kif ukoll lejn l-iżviluppi li kien hemm fil-qasam ta’ l-lnformazzjoni Teknoloġika tiegħu, lejn ir-reklutaġġ u mobilità ta’ l-istaff, kwalifiċi, u taħriġ.
Ir-relazzjonijiet li kellu l-Uffiċċju, matul is-sena li għaddiet, ma’ Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika u organizzazzjonijiet oħra barranin, huma spjegati fid-dettal f’dan ir-rapport. Jissemmew ukoll l-avvenimenti lokali u anke barranin li għalihom attenda l-Uffiċċju biex ikompli jkabbar il-kompetenza ta’ l-impjegati tiegħu. Il-kontribuzzjoni li ta l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’dokumenti internazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu f’Kumitati barranin ukoll hemm dettalji tagħhom f’dan ir-rapport.
Ir-rapport jagħti wkoll ħarsa lejn l-iżviluppi li qed isiru u dawk li saru ftit ilu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Dan huwa l-aħħar Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika mill-Awditur Ġenerali s-Sur Joseph G. Galea li t-tieni u l-aħħar terminu tiegħu fil-kariga jintemm f’Lulju 2007.
DOI – 06.02.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958