Left arrow Go Back

MALTA TIPPARTEĊIPA F’KONFERENZA INTERNAZZJONALI LI QED TIDDISKUTI T-THEDDIDA LI QED JIFFAĊĊJA L-AMBJENT GLOBALI

PR0146
Date Icon 02/02/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qed imexxi delegazzjoni tal-Gvern Malti f’konferenza internazzjonali ppreseduta mill-President Franċiż Jacques Chirac bit-tema ta’ Ċittadini għad-Dinja (Citoyens de la Terre, Citizens of the Earth). Din il-konferenza qed tiddiskuti t-tmexxija neċessarja sabiex l-impatt ekoloġiku dinji jitnaqqas. Din l-attivita’ taħseb biex tqajjem kuxjenza dwar it-theddida li l-ambjent dinji qed jiffaċċja llum.  

Il-konferenza se titratta diversi temi fosthom it-tibdil fil-klima, il-biodiversità, it-tniġġiż u s-saħħa pubblika, l-impatt li l-konsum għandu kif ukoll temi dwar it-tisħiħ tal-politika internazzjonali dwar l-ambjent.  Din l-attività, li hija mqassma fuq jumejn, tinkorpora bosta diskussjonijiet u preżentazzjonijiet minn personalitajiet politiċi u xjentifiċi distinti f’dan il-qasam. 

Id-delegazzjoni mmexxija mill-Ministru Pullicino qed tipparteċipa fil-workshop li qed jittratta kif titrawwem kultura u mentalita’ ġdida favur l-iżvilupp sostenibbli.  L-aspetti li l-aktar li jolqtu lil pajjiżna, fosthom il-limitazzjonijet tar-riżorsi tagħna, id-daqs tal-Gżejjer Maltin u l-isfidi li dawn l-aspetti joffru biex pajjiżna jiżviluppa b’mod sostenibbli huma wħud mit-temi li qed jitressqu għad-diskussjoni mill-Ministru Pullicino. 

Din il-konferenza taħbat mal-pubblikazzjoni tad-dokoument dwar it-tibdil fil-klima ippreparat mill-Intergovernmental Panel for Climate Change. Dan id-dokument jisħaq dwar l-impatt uman u l-effetti li dan qed iħalli fuq il-klima globali.  F’intervent li għamel waqt il-konferenza, il-Ministru Pullicino qal li li huwa importanti li l-komunità internazzjonali tinvesti aktar f’teknoloġiji ġodda għal enerġija alternattiva sabiex jonqos il-ħruq ta’ żejt.  Hu saħaq li dan għandu jkun ikkumplimentat minn sforz biex jintużaw aħjar it-teknoloġiji eżistenti sabiex titnaqqas il-ħela ta’ l-enerġija kif ukoll biex jitħawwlu aktar siġar fil-pajjiżi li għadhom neqsin minn areas kbar ta’ siġar.  

F’din il-konferenza qed jiehdu sehem għadd ta’ personalitajiet fosthom is-Segretarju Ġenerali għan-Nazzjonijet Uniti Ban Ki-moon, l-ex Viċi-President Amerikan Al Gore, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso u l-Kummissarju għall-Ambjent Stavros Dimas.

DOI  02.02.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow