Ġurament ta’ lealta` u ġurament tal-kariga minn avukati u prokuraturi legali ġodda
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar 2007 numru ta’ avukati u prokuraturi legali ġodda ser jieħdu l-ġurament ta’ lealta` u l-ġurament tal-kariga quddiem il-Qorti ta’ l-Appell f’ċerimonja qasira li tibda fid-9.30 a.m.
Għall-okkażjoni l-Qorti ta’ l-Appell ser iżżomm is-seduta fl-awla tal-Qorti Kriminali – awla numru 22 – fl-edifizzju tal-Qorti, il-Belt Valletta.
Il-President tal-Kamra ta’ l-Avukati, il-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali kif ukoll is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef jagħmlu diskorsi qosra għall-okkażjoni.
Membri tal-familja ta’ l-avukati u l-prokuraturi legali ġodda u l-pubbliku in ġenerali jistgħu jattendu.
Il-gallerija ta’ l-awla ser tkun riservata għalihom. Ritratti u filmati jistgħu jittieħdu biss minn persuni awtorizzati u minn membri akkreditati ta’ l-istampa u tax-xandir.
DOI – 01.02.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958