STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU RIGWARD L-ALLEGAZZJONI MIR-ROYAL SOCIETY FOR THE PROTECTION OF BIRDS LI L-PRIM MINISTRU IRRIFJUTA T-TALBA TAGĦHOM SABIEX JILTAQGĦU MIEGĦU
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jicħad l-allegazzjoni tar-Royal Society for the Protection of Birds li l-Prim Ministru rrifjuta li jiltaqa’ ma’ l-għaqda.
L-aħħar komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u r-Royal Society for the Protection of Birds kienet meta fid-9 ta’ Novembru, 2006, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rċieva ittra mingħand din l-għaqdabid-data tat-2 ta’ Novembru 2006. Fl-istess ġurnata, l-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru bagħat risposta fejn stieden lil din l-għaqda sabiex tagħmel kuntatt ma’ l-Uffiċċju tiegħu, dwar l-organizazzjoni ta’ laqgħa bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-għaqda (kopja tal-ittra hija mehmuża ma’ din l-istqarrija).
Sal-llum il-ġurnata, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadu ma rċieva l-ebda risposta għal din l-ittra.
PDF file attached
DOI - 29.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958