Left arrow Go Back

ICT Unit fl-Iskola Speċjali ta’ Sannat

PR0116
Date Icon 29/01/2007

Fl-iskola Speċjali ta’ Sannat, ġie inawgurat ICT Unit. L-għan ewlieni ta’ dan il-Unit hu li jevalwa l-bżonnijiet speċjali ta’ l-istudenti biex eventwalment dawn il-bżonnijiet jiġu indirizzati b’riżorzi adattati. 

Dan il-Unit huwa mgħammar bl-aħħar teknologija assistiva, li tinkludi varjetà ta’ switches, mountings, u anki touch monitor. Bl-għajnuna ta’ software speċjali l-kompjuters qed jintużaw bħala mezz komunikattiv, filwaqt li uħud mill-apparat jgħin lill-istudenti biex ikollhom ħajja kemm jista’ jkun indipendenti. 

Dan l-apparat ġie mgħoti lill-iskola mill-ICT Special Educational Needs Unit, li huwa fergħa mid-Departiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni (Malta), liema Dipartiment għen ukoll biex fis-sensory room ta’ l-iskola jkun hemm projector. B’hekk l-istudenti jkunu mhux biss qed jisimgħu ħsejjes permess tas-sistema opti music, imma jaraw stampi u filmati relatati ma’ l-istorja.  

Xi għalliema ta’ l-iskola għadhom kif temmew kors intensiv li ġie organizzat mill-iSpecial and Inclusive Education Network u se jattendu kors ta’ ġurnata dwar l-użu tat-touch screens u li se jiġi pprovdut mill-ICT SEN Unit.

DOI  29.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow