Left arrow Go Back

Il-GVERN JIKKUNDANNA L-ATTAKKI PERSONALI TA’ L-OPPOŻIZZJONI FUQ DR GORDON CORDINA

PR0108
Date Icon 27/01/2007

B’dispjacir il-Gvern jinnota li Dr Gordon Cordina ssottometta r-riżenja tiegħu minn Direttur Ġenerali ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.  Dr Cordina stqarr li dejjem wettaq xogħolu b’integrita` u professjonalita` u l-Bord tal-Awtorita` ta’ l-Istatistika kkonferma l-fiduċja tiegħu f’Dr Cordina.

Il-Gvern jikkundanna lill-Oppożizzjoni Laburista talli dawret diskussjoni teknika u akkademika f’attakki u persekuzzjoni personali.  Dawn l-attakki personali wasslu sabiex l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jitlef is-servizzi ta’ persuna mill-aktar kompetenti. 

L-attakki personali tal-Oppożizzjoni Laburista matul dawn l-aħħar gimgħat juru li, minkejja dak kollu li tghid,  l-Oppożizzjoni għadha ma nbidlitx.

DOI - 27.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow