Left arrow Go Back

JUM IS-SIĠAR F’GĦAWDEX

PR0102
Date Icon 26/01/2007

Għall-ewwel darba din is-sena ġie imfakkar Jum is-Siġar f’Għawdex waqt il-programm Hands on Farming li jinżamm fir-razzett tal-Gvern fix-Xewkija.  Għal din l-attività, li nkludiet it-tħawwil tas-siġra endemica tal-Ballut, ipparteċipaw studenti mill-iskola primarja Santa Theresa Kercem f’Għawdex.   

Din l-attività bdiet billi studenta minn fost dawk preżenti qrat xi tagħrif fuq is-siġra tal-Ballut u mbgħad kull student ingħata siġra żgħira tal-Ballut biex tiġi mħawwla ġol-qsari mogħtija.  Fl-aħħar ta’ l-attività l-istudenti nngħataw borża żgħira biż-żerriegħa ta’ wħud mis-siġar Maltin biex jiżergħuhom id-dar.   

L-għan ta’ dan il-programm tal-Hands on Farming, li beda jsir f’Għawdex dawn l-aħħar tlett snin, huwa li jżid it-tagħrif dwar l-importanza tal-biedja u l-ħarsien ta’ l-ambjent rurali fost l-istudenti.  F’dan il-programm l-istudenti jitieħdu jaraw id-diversi sezzjonijiet tar-razzett u x-xogħol li jkun għaddej fihom.  Jittieħdu jaraw ukoll is-sezzjoni ta’ siġar u pjanti endemiċi li tħawwlu apposta fir-razzett biex tinħoloq kuxjenza fost l-istudenti favur is-siġar.   

Filwaqt li dan il-programm jiprovdi tagħlim edukattiv fuq il-biedja u l-ambjent, isservi wkoll bħala inizjattiva li tħajjar lit-tfal Għawdxin jieħdu ħsieb u japprezzaw aktar l-ambjent ta’ madwarhom.

DOI  26.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow