IKTAR MINN LM9 MILJUN LIRA F’GĦAJNUNA FINANZJARA LIS-SETTUR AGRIKOLU
“Matul is-sena li għaddiet l-għajnuna finanzjarja lis-settur agrikolu kienet iktar minn LM9 miljun lira”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius, meta dalgħodu kien qed jinawgura wirja ta’ Agrikoltura u s-Snajja’ organizzata mis-Soċjetà Agrarja.
Dr Agius spjega kif din l-għajnuna bbenefikaw minnha l-bdiewa u r-raħħala. Kien spjegat ukoll li fil-preżent ma hemm l-ebda dewmien bla bżonn fil-pagamenti dovuti minn naħa tal-paying agency. Dr Agius qal li biex jiġu effetwati l-pagamenti hemm l-obbligi mandatorji li jsiru l-kontrolli, l-awditjar u l-ispezzjonijiet neċessarji.
Il-Gvern ħadem bla waqfien u sab il-koperazzjoni sħiħa tal-bdiewa li permezz ta’ twaqqif ta' tlett għaqdiet tal-produtturi li llum jistgħu jinnegozjaw aħjar il-prodotti tagħhom biex jiksbu prezzijiet aħjar. Dr Agius appella lill-bdiewa li għadhom ma ssieħbux f’għaqdiet tal-produtturi biex jagħmlu dan għall-benefiċċju tagħhom stess.
Dan il-fattur kompla għen biex il-bidwi jtejjeb il-pożizzjoni finanzjara tiegħu. Dan kollu wkoll għen biex kibret il-firxa tas-swieq lokali. Wieħed ma jistgħax ma jsemmix il-producers group li twaqqfet u li diġà qed taħdem u tħalli l-frott mixtieq.
L-indikaturi juru li l-investiment li għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar snin qiegħed jagħti l-frott meħtieġ. Dan juri ukoll li s-suq kompettiv qiegħed jistabbilizza ruħu għall-benefiċċju tal-konsumatur.
Dan l-investiment se jkompli jikber meta għas-snin 2007/2013 il-biedja Maltija se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha mitt miljun Ewro li 75% jiġu mogħtija mill-istess UE.
Dr Agius ħabbar li fi ftit ġimgħat oħra ser jiġi nawgurat il-proġett għall-manutenzjoni tad-dagħajjes f’Marsaxlokk li b’kollox ser jiġi jiswa żewġ miljun Euro li 75% tal-proġett ser jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u 25% mill Gvern Malti. Dan il-proġett jikkonferma l-impenn tal-Gvern fis-settur lokali tas-sajd biex sajjieda Maltin u Għawdxin ikunu kompettivi ma’ sħabhom oħra Ewropej u biex l-industrija tas-sajd tkun iktar sostenibbli, temm jgħid Dr Agius.
DOI 26.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958