KAWŻA TA’ LIBELL LIL ‘ONE NEWS’ DWAR IR-RAPPURTAĠĠ TAL-KAŻ TA’ L-I.H.I.S.
Il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni fetaħ kawża ta’ libell kontra l-Editur ta’ Super One Television wara li rapport imxandar mill-istazzjoni tal-Partit Laburista, implika informazzjoni skorretta dwaru fil-każ tax-xiri ta’ l-Integrated Health Information System.
Fir-rapport ta’ nhar il-Ħadd, 22 ta’ Jannar 2007, Super One irrefera għal-lista ta’ uffiċjali tal-Gvern li kienu nvoluti fil-proċess ta’ l-evalwazzjoni. Il-filmat li kien qed jakkumpanja r-rapport kien qed juri rappreżentazzjoni grafika tal-lista u wera bl-aktar mod ċar ‘highlighted’ l-isem taċ-Chairman tal-Core Evaluation Committee u l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru, fil-ħin li r-rapport kien qed jitkellem dwar il-persuna nvestigata mill-Pulizija.
Kien ċar li, bl-assoċjazzjoni tal-filmat fejn kien qed jintwera bi prominenza u ‘highlighted’, isem iċ-Chairman tal-Core Evaluation Committee (u l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru) u d-diskors tal-ġurnalist ta’ Super One dwar il-persuna nvestigata mill-pulizija, kien intenzjonata biex tħammġu u tassoċjah ma’ investigazzjoni u skorrettezzi li ma kellux u m’għandux x’jaqsam fihom.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru beda kawża ta’ libell fil-Qorti.
DOI - 25.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958