Left arrow Go Back

“Innovazzjoni u Kwalita fost in-Negozji Żgħar” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR0074
Date Icon 22/01/2007

“Permezz tal-Proġett ForLink, iffinanzjat taħt il-Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea, negozji żgħar ġew mgħotija għajnuna sabiex itejbu lilhom infushom u l-kapaċitajiet tagħhom.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo kien qed jitkellem waqt żjara lil kumpaniji li bbenefikaw minn Fondi Strutturali fil-Mosta Technopark. 

Dawn in-negozji żgħar ibbenefikaw minn dawn il-fondi wara sejħa għall-interess li saret mis-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-MCST taħt il-Progett ForLink.  Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern qassam Lm36,599 fost in-negozji li applikaw. 

Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qiegħed ikompli fil-ħidma tiegħu biex aktar negozji żgħar u self-employed Maltin jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Għal dan il-għan, is-Segretarjat qed iservi ta’ intermedjarju tajjeb bejn l-Unjoni Ewropea u l-privat.  B’hekk, is-Segretarjat Parlamentari qed jgħin biex titnaqqas il-burokrazija u jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ applikazzjoni għal dawn il-programmi.   

Ħafna drabi l-proċess ta’ applikazzjoni kien l-ewwel ostaklu li kienu qed isibu negozji żgħar biex jipparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ħass li kellu jieħu rwol aktar attiv biex jgħin sidien ta’ negozji żgħar u persuni self-employed jibbenefikaw minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, u fil-fatt, l-għan tas-Segretarjat kien li mill-inqas 300 imprenditur Malti jibbenefikaw minn dawn il-proġett.  Dan il-għan intlaħaq b’suċċess u sodisfazzjon kemm minn naħa tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, kif ukoll minn naħa tal-parteċipanti kollha f’dawn il-programmi. 

Il-progett ForLink qiegħed jinħadem mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija (MCST) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed.  L-iskop ta’ dan il-proġett hu li jiffinanzja t-taħriġ ta' negozjanti Malti u l-impjegati tagħhom sabiex jitħarrġu fuq riċerka u metodi ġodda ta' produzzjoni f'kumpaniji oħra barra minn Malta. 

Kif tixhed il-lista ta’ parteċipanti, uħud mill-benefikanti joperaw mill-Mosta Technopark, u qegħdin jirreġistraw dejjem aktar suċċess fil-qasam tagħhom. 

L-Onor. Vassallo spjega li “r-riċerka u l-innovazzjoni jmorru ‘lil hinn minn sempliċi riċerka fuq prodotti ġodda.  Negozju jista’ jkun innovattiv kemm il-darba jagħraf jadatta għall-esigenzi tal-ġurnata.  Il-kummerċ qiegħed kull ma jmur jinbidel u miegħu jinbidlu wkoll il-prattiċi kollha tax-xogħol.  Għaldaqstant, sabiex nibqgħu kompettitivi, rridu nassiguraw li n-negozji tagħna jkomplu jaġġornaw rwieħhom maż-żminijiet.  Il-Gvern qiegħed joffri l-għajnuna kollha tiegħu sabiex dan iseħħ.” 

L-MCST qiegħda tniedi dan il-proġett bil-għan li jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi ta’ innovazzjoni.  Dawn jinkludu nuqqas ta’ koordinament fil-politika ta’ l-innovazzjoni, il-bżonn li nsaħħu l-miżuri ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll li ntejjbu l-ħiliet kemm tas-settur privat kif ukoll pubbliku, fil-politika u t-tmexxija ta’ l-innovazzjoni.  Fost l-objettivi ta’ dan il-programm hemm il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ l-innovazzjoni bħala għajnuna għan-negozji ż-żgħar, biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.  Taħriġ għal dan il-għan ser isir kemm f’Malta, kif ukoll f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega kif permezz ta’ dan il-progett, ġew msaħħha l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’: 

§                    Taħriġ għal trainers u managers ta’ programmi ta’ riċerka fil-management ta’ l-innovazzjoni.

§                    Taħriġ għal individwi li jixtiequ ħiliet ġodda biex ifasslu kapaċitajiet interni ta’ riċerka kemm f’negozji żgħar kif ukoll f’entitajiet pubbliċi.

§                    Taħriġ fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-kompjuter għal dawk il-persuni li ma jistgħux joħorgu jew li għandhom xi diżabbilita`. 

“B’hekk, wieħed jista’ jara li dan il-progett qiegħed joffri bosta opportunitajiet għal dawk in-negozji żgħar li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta’ riċerka u innovazzjoni biex ikunu jistgħu jtejjbu n-negozju tagħhom.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni m’humiex għodda esklussiva għal negozji kbar, jew għal setturi partikolari bħalma huma l-informazzjoni tat-teknoloġija u oħrajn.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodda importanti għal dawk kollha li jixtiequ li jimxu ‘l quddiem biex ikomplu jtejjbu x-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu. 

“Għal din ir-raġuni, kemm l-MCST, kif ukoll is-Segretarjat tiegħi, nixtiequ nħeġġu lil dawk in-negozji żgħar kollha li jixtiequ jagħmlu użu aħjar mir-riċerka u t-teknoloġija biex jieħdu l-opportunita` u japplikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett, li huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-Unjoni Ewropea.  L-opportunitajiet tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea huma kbar, iżda issa jiġi minna li nagħmlu l-aħjar użu minn dawn l-opportunitajiet,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. 

Waqt li  kien jinsab fil-Mosta Technopark, l-Onor Edwin Vassallo ħa l-okkażjoni biex iżur numru ta’ kumpaniji li qed joperaw mit-Technopark, fosthom kien hemm il-kumpanija FAL Malta Ltd u Cheops. 

Il-Kumpanija FAL Malta Ltd tagħmel Wireless Communication Networks u tħaddem 32 persuna filwaqt li l-kumpanija Cheops hi bbażata fuq l-informazzjoni tat-teknoloġija li tipproduċi components elettroniċi u ċirkwiti tal-komputer kemm għal Malta, kif ukoll għal barra.  Bħalissa l-kumpanija timpjega 34 persuna, u qiegħda tesporta lejn swieq ġodda.  

L-Onor. Vassallo qal li “dawn iż-żewġ kumpaniji huma it-tnejn stejjer ta’ suċċess, fejn kumpaniji zgħar kibru f’nichemarkets ġodda.  Kull kumpanija kbira rat il-bidu tagħha f’waħda żgħira u għalhekk dawn qed ikunu nkoraġġiti aktar.” 

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li “l-Mosta Technopark dejjem kien iċ-ċentru tal-kumpaniji nnovattivi f'Malta.  Dan il-park għadu qed jiġi miżmum fl-għola livelli ta' kwalita’ possibbli, u għandu jkun ta’ eżempju għal żoni industrijali u kumpaniji oħra, partikolarment fl-użu tar-riċerka u l-innovazzjoni.”

In-negozji li bbenefikaw huma dawn:

EcoGroup

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow