Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR L-ISKEJJEL F’ĦAL LIJA

PR0041
Date Icon 17/01/2007

Il-President ta’ Malta Eddie Fenech Adami llum żar l-iskejjel ta’ f’Ħal-Lija fil-bidu ta’ żjara uffiċċjali fil-lokal. 

Waqt l-indirizz lill-istudenti ta’ l-iskola Primarja Annibale Preca, il-President qal li huwa ta’ sodisfazzjoni għalih li jara li t-tfal f’eta’ żgħira jitħarrġu f’ambjent li jinkoragixxi l-iżvilupp akkademiku flimkien ma’ talenti personali. 

Il-President faħħar l-inizjattiva li l-iskola jkollha l-Innu tagħha li l-kliem ikollu konnessjoni ma’ l-istorja tal-lokal, li tagħmel parti mill-identita’ tal-poplu Malti, “identita` li għandna għaliex inkunu kburin biha” żied jgħid il-President.  Il-President qal li kull persuna għandha xi ħaġa x’tagħti lil pajjiż u żied jgħid li l-istorja hija l-għaqda ta’ dak li kull wieħed minna jagħmel f’pajjiżna.  

Il-President qal li l-esperjenza tiegħu f’dawn iż-żjarat hija pożittiva ħafna għaliex qed jirrealizza kemm il-livell ta’ l-edukazzjoni qiegħed dejjem jgħola’.  Il-President ta’ Malta  filwaqt li  awgura kull suċċess lil dawn l-istudenti rringrazzja lill-għalliema għad-dedikazzjoni li biha jgħallmu lill-istudenti.   

Il-President Fenech Adami kien preżentat b’donazzjoni għall-Malta Community Chest Fund, donazzjoni li nġabret mill-istudenti ta’ l-iskola stess.  

Il-President ta’ Malta żar ukoll in-Nursery St. Angela, imexxija mis-Sorijiet ta’ l-Ursolini.  

Iż-żjara f’Ħal-Lija tkompli llejla meta l-President ta’ Malta jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji reliġjużi, politiċi, sportivi, kulturali u oħrajn.  

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar, il-President  u s-Sinjura Fenech Adami ser jattendu għall-quddiesa fil-knisja tal-Parroċċa u wara jiltaqgħu mar-residenti. 

Is-Sinjura Fenech Adami ser iżżur anzjani u xi familji.

DOI – 17.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow