IL-PRIM MINISTRU L-ONOR. LAWRENCE GONZI JILTAQA’ MAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA BENEDITTU XVI
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għall-Vatikan fejn se jiltaqa’ mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI u mas-Segretarju ta’ l-Istat tal-Vatikan, l-Eċċellenza Tiegħu, il-Kardinal Tarcisio Bertone. Il-Prim Ministru huwa mistenni wkoll jiltaqa’ mal-Komunità Maltija residenti f’Ruma.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mis-Sinjura Gonzi, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin - l-Onor. Michael Frendo, l-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede - Tonio Ganado, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru - Edgar Galea Curmi, il-Viċi Kap tas-Segretarjat - Leonard Callus, is-Segretarja Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin - Cecilia Attard Pirotta u s-Segretarja għall-Istampa u l-Komunikazzjoni - Josephine Vassallo.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Ħamis, 18 ta’ Jannar.
DOI – 17.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958