“In-numru ta’ applikazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju juri żieda fl-attivita’ kummerċjali fis-sena 2006 fuq is-sena 2005” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“Fl-2006 it-Trade LicensingUnit (TLU) fi ħdan id-Diviżjoni għall-Kummerċ irċieva 2,094 applikazzjoni għal liċenzi tan-negozju, filwaqt li fl-2005 l-istess Dipartiment irċieva 1,898 applikazzjoni. Din tfisser żieda ta’ 196 applikazzjoni. Minn dawn l-applikazzjonijiet, fl-2006 inħarġu 1,559-il liċenza, żieda ta’ 84 liċenza fuq l-2005.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha tħabbret l-istatistika għall-applikazzjonijiet għal liċenzi tan-negozju u permessi maħruġa fl-2006. Preżenti wkoll għal din il-konferenza kien hemm is-Sur Saviour Farrugia, Direttur tat-TLU u s-Sur Marcel Pizzuto, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni.
L-Onor. Vassallo qal li “matul is-sena li għaddiet kien sar tibdil fil-formoli għall-applikazzjoni għal liċenza tan-negozju, biex titnaqqas il-burokrazija u tgħin l-attivita’ kummerċjali. F’ċertu każi, dan it-tibdil issarraf ukoll f’tibdil f’kif qed tinġabar l-informazzjoni, li jfisser li mhux il-figuri kollha jistgħu jitqabblu direttament ma’ dawk tas-sena l-oħra. Iżda, meta wieħed iħares lejn din l-informazzjoni, jista’ jara biċ-ċar kif żviluppat l-attivita’ kummerċjali matul is-sena li għaddiet.”
Kanċellazzjonijiet tal-liċenzi
Fl-2006 kien hemm 483 applikazzjoni għal kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ negozju. Kanċellazzjoni ta’ liċenzja tintalab kemm jekk negozju jkun ser jagħlaq u jwaqqaf l-attivita` kummerċjali tiegħu, kif ukoll jekk ser ikun hemm bdil ta’ l-idejn jew bidla fil-generu tan-negozju.
Din is-sena b’mod partikolari ingħatat spinta biex dawk il-liċenzi li kienu tħassru meta l-liċenzi kienu għadhom jaqgħu taħt il-Pulizija, u baqgħu jidhru taħt is-sistema l-ġdida tat-TLU, tneħħew minn fuq id-database ta’ l-istess dipartiment, kif ukoll qed tingħata attenzjoni partikolari biex id-dettalji li jinsabu fid-database tat-TLU jkunu korretti, u b’hekk tħassru numru ta’ liċenzi li ma kienux eżistenti.
Applikazzjonijiet |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958