Press Releases Ċelebrazzjonijiet tad-dĦul ta’ l-ewro fi Slovenja
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech, illum ħalla Malta sabiex jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet tad-dħul ta’ l-ewro fi Slovenja.
Kapijiet ta’ Stat u l-Ministri tal-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea ġew mistiedna mill-Gvern Sloven sabiex jattendu ċerimonja fil-kapitali Ljubljana u li għaliha ser ikun hemm prezenti l-Kanċillier Germaniz Angela Merkel bħala President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso, il-President tal-Bank Centrali Ewropew Jean-Claude Trichet u President tal-Euro Group il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Junker.
Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Permananenti fil-Ministeru tal-Finanzi s-Sur Alfred Camilleri, id-Direttur Ezekuttiv tal-Kumitat Nazzjonali għall-bidla għall-ewro, s-Sur Alan Camilleri u s-Segretarju Privat, is-Sur Noel Borg Hedley.
Id-delegazzjoni Maltija mistennija tasal lura Malta nhar it-Tlieta, 16 ta’ Jannar.
DOI – 14.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958