Left arrow Go Back

DISKUSSI L-PRIORITAJIET TAL-PRESIDENZA ĠERMANIŻA FIS-SETTUR TA’ L-AMBJENT F’LAQGĦAT BEJN IL-GVERN MALTI U L-GVERN ĠERMANIŻ

PR0027
Date Icon 13/01/2007

Il-prioritajiet tal-presidenza Ġermaniża fis-settur ta’ l-ambjent kienu diskussi f’laqgħat li saru f’Malta bejn uffiċjali tal-Gvern Malti u rappreżentant għoli tal-Gvern Federali Ġermaniż.  Bħalissa l-Ġermanja għandha f’idejha l-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea sa’ Ġunju li ġej. 

Fuq stedina tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kien hawn f’Malta Dr Karsten Sach, li hu d-Deputat Direttur Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Konservazzjoni tal-Ġermanja.  Matul il-laqgħat kienu diskussi divesi temi ta’ priorita’ u mportanza għaż-żewġ pajjiżi, fosthom it-tibdil fil-klima,  l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-programm Life+.   

Dr Sach wera ruħu sodisfatt bil-ħidma tal-Gvern Malti fl-oqsma li ġew diskussi partikolarment dwar il-pjanijiet u l-politika tal-Gvern fil-qasam tat-tibdil tal-klima.  Ir-rappreżentant tal-Gvern Ġermaniż awgura li fis-settur tal-immaniġġjar ta’ l-iskart, il-Gvern jibqa’ għaddej bil-programm ta’ riforma ambizzjuż li nbeda, u dan biex is-settur jilħaq il-livelli Ewropej. 

Dr Sach enfasizza l-importanza li l-industrija lokali tagħraf aktar l-opportunitajiet li jistgħu jnħolqu minn immaniġġjar effettiv ta’ l-iskart, u dan fl-aħjar interess tas-setturi kollha kkonċernati.  Matul iż-żjara f’Malta, Dr Sach kellu wkoll l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ l-NGO’s Maltin li jaħdmu fis-settur ta’ l-ambjent u matul il-laqgħa, l-NGO’s ingħataw tagħrif u kellhom l-opportunita’ li jwasslu l-veduti tagħhom fuq diversi temi ambjentali. 

Iż-żjara ta’ Dr Sach serviet ukoll bħala tħejjija għaż-żjara uffiċjali li ser jagħmel f’Malta f’Marzu li ġej il-Ministru ta’ l-Ambjent Federali Ġermaniż Sigmar Gabriel, wara li dan laqa’ l-istedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.

DOI – 13.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow