Left arrow Go Back

DOKUMENTARJU MAĦDUM MALTA - A TASTE OF CAROB – JIRBAĦ PREMJU FIS-SLOVAKKJA

PR0016
Date Icon 09/01/2007

Fi tmiem is-sena 2006, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent għal darb’oħra ħa sehem fl-Agrofilm International Festival li sar ġewwa Nitra fis-Slovakkja.  Id-dokumentarju ppreżentat għal dan il-festival iġib l-isem ta’ A Taste of Carob u kiseb il-premju mogħti mill-Ministru ta’ l-Agrikoltura tas-Slovakkja. 

Dan il-festival tal-films isir kull sena u għalih jipparteċipaw kompetituri minn madwar id-dinja.  Din is-sena 92 dokumentarju minn 23 pajjiż differenti ħadu sehem.  Waqt dan il-festival jista’ jintrebaħ il-premju Grand Prix bħala l-ogħla unur, numru ta’ premjijiet f’erba’ kategoriji differenti, u premjijiet oħra mogħtija minn istituzzjonijiet Slovakki. 

A Taste of Carob hu dokumentarju li jagħti tagħrif fuq l-istorja, botanika, prodotti, l-użu fl-imgħoddi u fil-preżent tal-ħarrub, u fl-istess ħin jiffoka fuq aspetti storiċi, naturali u kulturali b’rabta mal-Gżejjer Maltin.  Tingħata ħarsa lejn l-użu tal-ħarrub bħala sors ta’ ikel, għalf, għasel, mediċina, zerriegħa, injam, u prodotti oħra pproċessati li qegħdin iqajjmu interess qawwi f’din is-siġra Mediterranja. 

Ix-xogħol iebes biex jinħadem dan id-dokumentarju kien fdat f’idejn Antoine Zammit, li ħa ħsieb l-iffilmjar, id-direzzjoni u l-muntaġġ.  Carmelo Briffa, uffiċjal fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, ħa ħsieb ir-riċerka u flimkien ma’ Anthony Parnis kiteb ukoll l-iscript. 

B’dan id-dokumentarju Antoine Zammit kompla jżid ma’ sensiela dejjem titwal ta’ dokumentarji li rebħu premju f’dan il-festival.  Dawn kienu Rehabilitation  of Wied il-Qlejgħa, The Maltese Cheeselet, A Pinch of Salt u A Glimpse of Wool. 

Il-Ministeru juri l-apprezzament tiegħu lejn in-numru konsiderevoli ta’ voluntiera li taw l-għajnuna tagħhom biex dan id-dokumentarju ikun maħdum b’mod interessanti u informattiv.  Ringrazzjament speċjali jingħata lill-APS Bank li kien l-isponsor ta’ dan id-dokumentarju.

DOI  09.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow