Left arrow Go Back

L-ATTI TAL-PARLAMENT, AVVIŻI LEGALI U BYE-LAWS TAS-SENA 2006 FUQ CD

PR0007
Date Icon 04/01/2007

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq iħabbar li għar-raba’ sena konsekuttiva, ser jippubblika l-Atti tal-Parlament, l-Avviżi Legali u l-Bye-Laws maħruġa  fl-2006, fuq compact disc. 

Ta’ kull sena, liġijiet ewlenin u dawk sussidjarji, kienu jiġu ppubblikati f’April, f’madwar 16-il ktieb stampat, b’kontenut ta’ ’l fuq minn 10,000 paġna, li jinbiegħu għall-prezz totali ta’ aktar minn Lm30. 

Minflok, dawn issa qed jiġu kollha miġbura sempliċement f’set ta’ żewġ compact discs. CD minnhom ser ikun fiha 20 Liġi mgħoddija mill-Parlament fl-2006, filwaqt li l-oħra ser tiġbor fiha 336 Avviżi Legali u 2 Bye-Laws (Kunsilli Lokali) li nħarġu fl-istess sena. Il-compact discs ser ikunu għall-bejgh fil-bidu ta’ Frar.  

Il-prezz taż-żewġ CD’s ser ikun ta’ Lm12, u kull waħda minnhom tista’ tinxtara separatament għal Lm6. Però bħala offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni, dawk li jordnaw iż-żewġ CD’s sa l-aħħar ta’ Jannar, ikunu jistgħu jixtruhom għall-prezz speċjali ta’ Lm8.50. Kull min hu interessat jista’ jordnahom billi jibgħat il-pagament, indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, 3 Misraħ Kastilja, Valletta. 

Il-liġijiet ewlenin u sussidjarji mhux se jibqgħu jiġu ppubblikati f’forma stampata. 

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb billi wieħed iċempel Freephone 153 jew billi jibgħat e-mail lil info.doi@gov.mt

DOI  04.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow