Left arrow Go Back

KAMPANJA TA’ TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA

PR0006
Date Icon 03/01/2007

Fl-istaġun li qegħdin fih huwa komuni li jkun hawn mard respiratorju, karatterizzat ħafna drabi b’sogħla, flissjoni u deni.  Biex tilqa’ kemm jista’ jkun kontra mard aktar serju, f-Ottubru li għadda, id-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet kampanja ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali ta’ kull sena.

Bħal fis-snin l-imgħoddija, din it-tilqima kontra l-influwenza ngħatat b’xejn mid-Dipartiment tal-Kura Primarja lil diversi kategoriji ta’ pazjenti li jbatu minn mard kroniku u lil dawk li għandhom ’l fuq minn 55 sena. 

Peress li għad fadal xi ftit fjali ta’ din it-tilqima kontra l-influwenza, id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tistieden lil dawk il-membri tal-pubbliku li għadhom ma tlaqqmux, sabiex imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal tagħhom u jitlaqqmu b’xejn kontra l-influwenza.   

Wieħed jista’ jinqeda bejn it-8.30 ta’ fil-għodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar, mit-Tnejn sas-Sibt, sakemm l-istokk iservi.   

Din l-istedina hija miftuħa għal kulħadd irrispettivament mill-età jew kundizzjoni ta’ saħħa.

DOI  03.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow