ID-DAZJU TAS-SISA FUQ IL-KARBURANT
Id-Dipartiment tad-Dwana jixtieq javża li d-derogi mill-provedimenti tad-Direttiva 2003/96/KE mogħtija bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, li permezz tagħhom karburant li jintuża għan-navigazzjoni bejn Malta u Stati Membri oħra ta’ l-UE, b’vetturi għall-gost privati ta’ l-ajru jew tal-baħar, jista’ jinbiegħ mingħajr ma’ jitħallas dazju tas-sisa, jiskadu nhar il-31 ta’ Diċembru 2006.
Għalhekk, mill-1 ta’ Jannar 2007 ser jinġabar id-dazju tas-sisa fuq il-karburant kollu li jinbiegħ għall-għanijiet hawn fuq imsemmija.
Sadanittant il-Gvern Malti talab formalment li dawn id-derogi jiġġeddu. Il-Kummissjoni diġà stqarret li ma’ taqbilx mat-tiġdid tad-deroga għall-vetturi tal-baħar.
Id-Dipartiment tad-Dwana ser iżomm il-pubbliku infurmat dwar il-progress ta’ dawn it-talbiet.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958