Left arrow Go Back

KANTANTA ŻAGĦŻUGĦA GĦAL TAĦRIĠ VOKALI FL-ISTATI UNITI

PR1767
Date Icon 27/12/2006

Christabelle Borg ta’ 14-il sena ser tmur San Francisco fl-Istati Uniti biex tirrekordja materjal mużikali ġdid taħt it-tmexxija ta’ producers li ħadmu ma’ numru ta’ kantanti stabbiliti u kantanti ġodda. Permezz ta’ din il-ħidma Christabelle qed tispera li jkollha suċċess fil-qasam internazzjonali bħala  ‘pop star’ żagħżugħa. 

Christabelle Borg is-sajf li għadda kienet Los Angeles fl-Istati Uniti fejn ipparteċipat fi Programm Vokali tas-Sajf minn Seth Riggs.  Hi ħadet sehem f’dan il-programm wara kompetizzjoni tal-kant organizzata mill-Malta Academy of Performing Arts f’Ġunju li għadda. Hi ntagħażlet minn fost numru ta’ kantanti żgħar mill-coaches CeCe Sammy u John Medi li ġew Malta apposta. Fl-Istati Uniti, Christabelle ħadet sehem f’taħditiet u workshops li tmexxew minn professjonisti fil-qasam mużikali.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura qed jgħin finanzjarjament fiż-żjara ta’ Christabelle Borg f’San Francisco. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern jemmen li l-futur artistiku u kulturali ta’ pajjiżna hu f’idejn iż-żgħażagħ tagħna. Hu qal li kien għalhekk li l-Gvern iħoss li għandu jgħin fit-taħriġ u l-iżvilupp artistiku u kulturali ta’ dawn iż-żgħażagħ. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn l-aħħar snin kien hawn qawmien kulturali ġdid li kien anke xprunat mis-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u l-orizzonti ġodda li din l-istess sħubija ġabet għal tant artisti Maltin. Hu qal li ż-żgħażagħ tagħna llum jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea li qabel ma kienux miftuħin għalina. 

Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil Christabelle u awguralha kull suċċess fil-karriera tagħha bħala kantanta. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow